Left arrow Go Back

TISSOKTA L-SME WEEK 2013 B’ATTIVITAJIET LI JIPPROMWOVU L-IMPRENDITORIJA FOST IT-TFAL, IN-NISA U ANKE L-UŻU TAL-KOPERATTIVI

pr2586
Date Icon 20/11/2013

Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ospita l-attività Female Business Cafe. F’din l-attività pparteċipaw diversi entitajiet, fosthom l-Business First, l-ETC, l-MEPA, d-dipartiment tal-kummerċ u l-Foundation for Women Entrepreneurs li taw informazzjoni lin-nisa li huma interessanti jibdew negozju.

F’kummenti lill-mezzi tax-xandir il-Ministru Chris Cardona qal li dan huwa Gvern li jpoġġi lin-nisa fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. “Fl-ewwel budget tagħna bħala Gvern tajna prova ta’ dan b’sensiela sħiħa ta’ miżuri fosthom Childcare bla ħlas meta żewġ ġenituri jaħdmu jew single parent li jaħdem, Single Mothers jiġu mħeġġa jieħdu taħriġ u tnaqqis fit-taxxa lil nisa li joħorġu jaħdmu”.

Il-Ministru Cardona qal li l-inizjattivi tal-lum tikkumplimenta l-politika tal-Gvern li tippromwovi l-imprenditorija fost in-nisa, li tkompli ssaħħaħ l-ekonomija Maltija u toħloq aktar impjiegi.

Waqt attività oħra li seħħet fi Smart City, tfal tal-Year 4 mil-iskejjel tal-Primarja tal-Gżira, Sliema u San Ġiljan ipparteċipaw f’Workshops li ġew organizzati mill-Junior Achievement (Young Enterprise) Malta Foundation bit-tema ‘Il-Komunita Tagħna’.

L-għan prinċipali ta’ dawn il workshops kien dak li permezz ta attivitajiet u logħob, l-istudenti jifhmu l-bżonnijiet tal-komunita, jieħdu deċiżjonijiet għal ġid tal-komunità u jivvutaw għal dak li jħossu li hu għal aħjar tal-komunità.

Waqt żjara li għamel il-Ministru Cardona waqt din l-attivita huwa qal lit-tfal li huma kollha speċjali u li kollha għandhom x’joffru lis-soċjetà tagħna u għalhekk għandom dejjem ikunu kreattivi u ma jibżgħux jieħdu inizjattiva.

Attività oħra marbuta mal-ġimgħa ddedikata lin-negozji Żgħar u Medji,  kien Business breakfast organizzat mil-Bord tal-koperattivi, li ddiskuta kif il-koperattivi jistgħu ikunu veikolu għat-tkabbir tal-intraprizi żgħar u medji.

F’diskors li għamel waqt din l-attività, il-Ministru Cardona qal li s-settur tal-koperattivi għandu rwol importanti fl-istrateġija tal-gvern għal tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tax-xogħol u aktar investiment produttiv. Il-Ministru Cardona qal li sfortunatament f’dawn l-aħħar snin, is-settur tal-koperattivi ma ngħatax l-attenzjoni mistħoqqa, iżda dan il-gvern kommess li jirrimedja din is-sitwazzjoni.

Bħala parti mill-miżuri li ser jieħu il-gvern biex ikompli jipromowovi l-istruttura tal-koperattivi, il-Ministru Cardona qal li  ser jiddaħħal il-kunċett ta’ koperattiva soċjali fil-liġijiet ta’ Malta, filwaqt li ser tkompli wkoll diġi sostnuta il-mira li jiġi promoss it-twaqqif ta’ bank tal-koperattivi. Dan, qal il Ministru Cardona, mhux ser ikun sempliċiment bank li joffri is-servizzi tiegħu lil koperattivi, iżda ser ikun bank kostitwit mill-membri stess, biex b’hekk ikun jista’ jissodisfa l-bżonijiet, anke dawk soċjali, li forsi għal raġunijiet kummerċjali, ġieli ma jingħatawx importanza minn istituzjonijiet bankarji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

More Press Releases Right arrow