L-ONOR ZAMMIT LEWIS: “IL-GVERN SE JAĦDEM BIEX JISSIMPLIFIKA S-SERVIZZI TAL–EGOVERNMENT” WAQT LI JIFTAĦ KORS TAL-ICT FIL-KUNSILL LOKALI TA’ BIRKIRKARA
Waqt il-ftuħ ta’ kors tal-ICT fil-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, s-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku l-Onor Edward Zammit Lewis saħaq fuq l-importanza tal-informatika fid-dinja tal-lum. Huwa spjega li llum wieħed li ma jkunx jaf jagħmel użu mit-tekonloġija tal-informatika ikun żvantaġġjat ħafna. Permezz tal-MITA il-Gvern qed jaħdem biex issaħħaħ is-servizzi tal-eGovernment, iżda sintendi biex wieħed jkun jista’ jagħmel użu minn dawn is-servizzi irid ikun jaf jagħmel użu mil-ICT. Waqt li qed ssir ħidma biex iktar nies isiru jafu jużaw l-ICT se tkun qed ssir ħidma biex sabiex is-servizzi tal-eGovernment jkunu simplifikati aktar. Ir-riżultat se jkun li jiżdied l-uzu tas-Servizzi tal-Gvern.
“Qegħdin innaqqsu d-digital divide, diġà nedejna numru ta’ programmi nazzjonali. Il-program Learn IT parti mill-ICT For You li se jibda dalwaqt madwar Malta u Għawdex se jwassal biex mijiet ta’ persuni Maltin u Għawdxin li qatt ma użaw kompjuter, jużaw l-komputer għall-ewwel darba u jkollhom ħiliet tal-ICT. Inizjattivi bhal dawn jgħinu bi sħiħ sabiex titnaqqas l-esklużjoni soċjali. Iktar minn hekk se jipprovdi ħiliet biex jissaħħaħ l-kunċett tal-eDemocracy” Effettivament se jkun hemm madwar 3000 parteċipant minn madwar Malta u Għawdex.
L-iskop tal-gvern huwa li nkomplu noħolqu u ninċentivaw programmi edukattivi fl-ICT sabiex waqt li nżidu l-ħiliet fl-ICT nnaqqsu d-digital divide. Permezz tal-kunsilli lokali qegħdin nersqu qrib iċ-ċittadin billi nwasslu t-tagħlim ta’ għodod moderni u diġitali li huma importanti ħafna l-ħajja tagħna llum, hekk permezz tal-Kunsilli Lokali, verament inkunu qrib taċ-ċittadini. Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara kien wieħed mill-kunsilli li applikaw l-iktar nies.
Min-naħa tiegħu s-Sur Ray Abela d-Direttur Maniġerjali tat-TCTC spjega li huwa ta’ pjaċir li qed jaħdem ma’ diversi kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex biex nippromovu l-ħiliet tal-ICT. L-Onor Zammit Lewis irringrazzja l-Kunsilli Lokali kollha li qegħdin jieħdu sehem f’dan il-proġett edukattiv, li għalih hemm is-support sħiħ tal-Gvern u tal-Opożizzjoni.
L-Onor Zammt Lewis saħaq li mira oħra tal-gvern hi, li l-ħaddiem ikollu l-opportunità li jitħarreg f’ suġġetti tal-ICT li jagħmluh aktar effiċjenti u employable, hekk inkabbru l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna. Huwa fakkar li l-istastistika turi biċ-ċar li l-maġġoranza ta dawk ’l fuq minn 45 sena ma jafux jagħmlu użu tal-komputer, meta wieħed iqis li dan il-faxxa fis-soċjetà tagħna issib l-iktar diffikultà fl-employability, iktar naprezzaw programmi edukattivi u l-bżonn li nsaħħu l-ħidma tagħna.
Is-Segretarju Parlamentari kompla billi semma l-importanza li dan il-gvern ser ikun qed jagћti fuq l-aċċessibilità għall-mezzi teknoloġiċi kemm miċ-ċittadini kollha kif ukoll fis-settur tan-negozju. F’dan ir-rigward il-gvern intenzjonat li jkun hemm espansjoni gћal disponibbiltà tal-Wi-Fi f’postijiet pubbliċi u f’bini tal-Gvern bil-gћan li Malta ssir Wi-Fi State. Fl-istess hin il-Gvern qed johloq il-kuntest biex jimbotta l-progett tal- Fibre-to-the-Home (FttH) .
Huwa l-impenn tal-gvern li jaħdem fuq inizjattivi bħal dawn biex inkomplu ngħallmu u nissimplifikaw l-operat ta’ gvern eletroniku u diġitali. Il-MITA taħdem kontinwament sabiex itejjeb u tissimplifika u taġġorna kemm jista’ jkun is-sistemi tal-eGovernment. “Kull servizz li joffri l-Gvern huwa ntiż biex jaqdi mill-aħjar il-bżonnijiet partikolari taċ-ċittadini, tan-negozji, tal-gvern ċentrali u ta' kwalunkwe istituzjoni oħra. L-għan prinċipali tas-servizzi tal-eGovernment huwa li l-Gvern joffri sistemi aktar effettivi u effiċjenti mibnija biex jgħaqdu aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadin u li jiffaċilitaw l-interazzonijiet bejn il-partijiet konċernati. Huwa żgur li biex is-servizzi jibqgħu jkunu effettivi u effiċjenti rridu niżguraw li dawn jibqgħu jkunu aġġornati u mtejjba skont iċ-ċirkustanzi u r-realtajiet ġodda, fosthom billi inkomplu nħeġġu u ngħarrfu liċ-ċittadini b'dawn is servizzi u kif jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom, inkomplu naġġornaw irwieħna b'teknoloġiji u sistemi ġodda, u kif ukoll billi nkomplu nisimgħu aktar liċ-ċittadini, n-negozji u l-istituzjonijiet biex finalment is-servizzi tal-eGovernment ikunu tabilħaqq qed joffru valur miżjud.” Spjega L-Onor Zammit Lewis
L-Onor Edward Zammit Lewis temm jgħid li l-miri tal-Gvern għall-Soċjeta Digitali jintlaħqu biss jekk inkomplu nagħtu dan it-tgħalim lil ġenerazzjonijiet kollha inkluż l-anzjani tagħna, biex tabilħaqq ikollna soċjetà moderna u minn tal-aqwa fl-Ewropa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038