‘A VOICE FOR YOUR VOICE’ – KONSULTAZZJONI MAT-TFAL FL-GĦAŻLA TAL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL IL-ĠDID
Fil-Jum Internazzjonali għat-Tfal, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret li għall-ewwel darba, it-tfal se jiġu kkonsultati fl-għażla tal-Kummissarju għat-Tfal il-ġdid.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-post li fih nhar is-Sibt li ġej se ssir il-konsultazzjoni mat-tfal, fil-Kulleġġ Maria Regina, Skola Sekondarja Subien, l-Onor. Coleiro Preca qalet li waqt din il-konsultazzjoni bit-tema ‘A Voice for your Voice’ it-tfal se jingħataw l-opportunità li jgħidu huma xi kwalitajiet u valuri jixtiequ jaraw fil-Kummissarju għat-Tfal.
Spjegat li normalment hija prerogattiva tal-Prim Ministru li jagħzel il-Kummissarju għat-Tfal, iżda din id-darba t-tfal se jingħataw vuċi f’din l-għażla.
Lauren Kenely, il-koordinatriċi ta’ dan il-proġett spjegat li nhar is-Sibt li ġej madwar 350 tifel u tifla se jinqasmu f’ħamsa u għoxrin workshop, liema workshops se jkunu mmexxija mill-għalliema tal-PSD.
It-tliet Kummissarji għat-Tfal ukoll se jkunu qegħdin jipparteċipaw f’dan il-proċess.
L-opinjonijiet tat-tfal se jinġabru f’dokument u jiġu ppreżentati lill-Prim Ministru x-xahar id-dieħel.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038