L-ISTUDENTI TAL-ISKOLA PRIMARJA ST. FRANCIS F’BORMLA JAGĦTU EŻEMPJU FIT-TKABBIR TA’ SIĠAR INDIĠENI (MALTIN) U FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat żar l-iskola Primarja St. Francis f’Bormla mmexxija mis-sorijiet, fejn permezz ta’ kooperazzjoni kbira bejn l-istudenti u l-għalliema, din l-iskola rnexxielha tiġi l-ewwel f’kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropeja għall-promozzjoni fl-iskejjel favur l-użu effiċjenti tal-enerġija.
U4Energy hija l-ewwel kompetizzjoni Ewropeja fl-iskejjel li qed tiġi organizzata mill-Kummissjoni Ewropeja fuq dan is-suġġett.
Il-Ministru Leo Brincat qal li l-aħjar użu tal-enerġija mhuwiex biss meta tintuża enerġija nadifa jżda wkoll meta saħansitra l-enerġija tintuża b’mod aktar effiċjenti , għax b’dan il-mod titnaqqas ukoll l-ispiża.
Huwa faħħar lill-iskola talli irnexxilhom jużaw il-fondi li ngħataw mill-Unjoni Ewropeja biex ikabbru siġar indiġeni u la darba dawn jikbru jiġu mgħotija lid-Direttorat tal-PARKS biex jinżergħu f’postijiet pubbliċi. Dan huwa proġett li qed jieħdu sehem fih 500 student mill-iskola Primarja St. Francis f’Bormla.
B’dan il-mod qal il-Ministru Brincat ngħinu biex innaqqsu d-dipendenza ta’ pajjiżna fuq siġar impurtati li ħafna drabi huma aljeni għall-ambjent ta’ gżiritna u nħeġġu aktar it-tkabbir ta’ siġar indiġeni (maltin).
Tul din il-ġimgħa Ewropeja ddedikata għat-tnaqqis tal-iskart l-istudenti tal-iskola Primarja St. Francis ser jieħdu sehem ukoll f’attivita’ ta’ tindif li se titellgħa fiz-zona tas-suq tal-Birgu.
Other Press Releases:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038