Left arrow Mur Lura

MESSAĠĠ TAL-MINISTRU LEO BRINCAT F’OKKAŻJONI TAL-BIDU TAL-ĠIMGĦA DDEDIKATA LIT-TNAQQIS TAL-ISKART FL-EWROPA – EUROPEAN WASTE REDUCTION WEEK

pr2561
Date Icon 18/11/2013

F’okkażjoni tal-ġimgħa ddedikata għat-tnaqqis tal-iskart  il-European Week for Waste Reduction il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li din il-ġimgħa ta’ attivitajiet madwar l-Ewropa għandha jsservi biex tqajjem kuxjenza akbar fost iċ-ċittadini kollha, biex l-iskart jitnaqqas kemm jista’ jkun. Dan aktar u aktar billi l-iskart llum sar riżorsa li hemm bżonn li jiġi użat bl-aktar mod effiċjenti.

Il-Ministru Brincat qal li flok inkabbru l-iskart għandna nużaw kull mezz biex innaqsuh u dan billi jkun hemm aktar ħsieb, għaqal u bżulija.

Filwaqt li faħħar il-kampanja intensiva li qed jorganizzaw kemm il-WasteServ kif ukoll entitajiet oħra huwa qal li din il-kuxjenza hemm bżonn li titqajjem is-sena kollha fuq diversi livelli: fost il-Kunsilli Lokali, fost il-komunitajiet  u għaqdiet volontarji, fis-settur tan-negozju, fi ħdan istituzzjonijiet edukattivi bħal skejjel, kulleġġi u Università, kif ukoll f’postijiet oħra bħal sptarijiet, djar tal-anzjani, ċentri u postijiet oħra li jiġġeneraw l-iskart.

Il-Ministru  Leo Brincat qal li l-Gvern Malti tant qed jagħti importanza lit-tnaqqis tal-iskart li fl-abbozz tal-pjan għall-immaniġġjar  tal-iskart li għadu kif tħejja għal konsultazzjoni, hemm saħansitra pjan dwar kif l-iskart jista’ jiġi mnaqqas.

B’anqas skart jibqalna aktar flus fl-idejn u jkollna nqas skart minn xiex niddisponu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

Aktar Stqarrijiet Right arrow