Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr2559
Date Icon 17/11/2013

Matul il-jiem li għaddew, il-Gvern wera li hu flessibbli u raġjonevoli dwar il-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment. Il-Gvern sema’ dak li qed jgħidu n-nies u ċċaqlaq biex neħħa l-parti li għandha x'taqsam mas-segretezza u rfina l-programm.

Il-Gvern jawgura li fil-jiem li ġejjin, l-Oppożizzjoni ukoll tkun lesta tiċċaqlaq biex verament turi li lesta tiddiskuti u tasal għal ftehim.

Il-Gvern ifakkar li d-dħul mill-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment huwa parti mill-budget tas-sena d-dieħla, li ġie approvat mill-Parlament u li għadda għand il-Kummissjoni Ewropea fi skeda ta' ħinijiet iddettati minn skadenzi Ewropej.

Il-Gvern jiġbed l-attenzjoni li mhux minnu dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, li hemm bżonn li l-liġi prinċipali terġa' tittella’ l-Parlament biex titneħħa l-parti tas-segretezza. Miżuri bħal dawn huma mil-legiżlazzjoni sussidjarja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

Aktar Stqarrijiet Right arrow