Left arrow Mur Lura

TITTELLA’ B’SUĊĊESS IL-FIERA TAL-ARTIĠJANAT MALTI

pr2558
Date Icon 17/11/2013

Illum il-Ħadd 17 ta’ Novembru kienet organizzata l-fiera tal-artiġjanat viċin il-Park Nazzjonali f’Ta Qali. Din kienet l-ewwel minn sensiela ta’ attivitajiet li se jkun organizzati din il-ġimgħa bħala parti mill-SME Week 2013. F’din il-fiera, organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, ipparteċipaw il-fuq minn erbgħin artiġjan b’fierxa wiesgħa ta’ oqsma.

Matul żjara li għamel f’din il-fiera, l-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr Chris Cardona qal li din l-inizjattiva għandha l-għan li tkompli tqarreb il-familji lejn l-Artiġjanat. Saħaq li l-artiġjanat huwa kontributur għall-ekonomija ta’ pajjiżna kif ukoll wirt ħaj tal-kultura u l-abbilitajiet tagħna l-Maltin.

“Il-Gvern huwa kommess li fi żmien li ġej ikompli jniedi proġetti u inizjattivi li jgħinu fl-għarfien u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali u snajja’ Maltin biex dawn mhux biss ma jintilfux imma ngħadduhom bħala wirt lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna” qal il-Ministru Cardona.

Dr. Chris Cardona fakkar kif fil-Budget għas-sena d-dieħla li għadu kif ġie imħabbar fil-Parlament ftit tal-ġranet ilu, il-Gvern reġa’ ddedika fond konsiderevoli ta’ ftit anqas minn €150,000 li qed ikun iddedikat speċifikament għas-settur tal-Artiġjanat. Dawn il-flus għandhom jiġu iddedikati għal skemi jew inizjattivi bħall-Fiera tal-Artiġjanat u inizjattivi oħra li jkunu organizzati matul is-sena. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

Aktar Stqarrijiet Right arrow