IL-KAMPANJA TAT-TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA
Il-Ministeru għas-Saħħa jħabbar li l-kampanja tat-tilqim kontra l-influwenza staġjonali li fetħet fil-21 ta’Ottubru, kienet success u kien hemm konkorrenza qawwija mill-pubbliku li ħa din t-tilqima.
Din is-sena kienu ordnatati 75,000 dożi ta’ vaċċin li huwa l-istess ammont li kien ordnat is-sena li għaddiet. Minħabba li l-ammonti li baqa’ huma ftit, qiegħed isir l-aħħar appell għall-dawk il-persuni li għandhom aktar riskju ta’ kumplikazzjonijiet mill-influwenza u ghadhom ma ħadux it-tilqima.
Minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Novembru dawn il-persuni jistgħu jieħdu din it-tilqima miċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, l-Floriana u Raħal Ġdid bejn it-8 ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ wara nofsinhar.
Il-persuni li huma iktar f’riskju huma:
· Kull min għandu 55 sena jew iżjed;
· Tfal ta’ bejn is-sitt xhur u d-59 xahar;
· Persuni ta’ kull età li jbatu b’mard kroniku tal-qalb, tal-pulmun, tal-fwied, tal-kliewi, dijabete u problemi bis-sistema mmunitarja li tinkludi l-HIV u l-AIDS.
Il-Ministeru jirringrazzja lill-ħaddiema kollha u lill-istakeholders oħra bħall-Kunsilli Lokali, tal-ħidma bis-sħiħ biex din il-kampanja tkun ta’ suċċess biex jipproteġu lill-poplu Malti u Għawdxi mill-influwenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038