IL-PRIM MINISTRU JATTENDI L-IRTIR GĦALL-KAPIJIET TAL-ISTATI TAL-COMMONWEALTH
Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu attenda għal-laqgħa ta’ rtir li jkollhom il-Kapijiet tal-Istat tal-Commonwealth waqt iċ-CHOGM 2013 li qed isir fi Sri Lanka.
Il-Prim Ministru ħa l-okkażjoni biex jiddiskuti materji ma’ mexxejja ta’ diversi pajjiżi, inkluż ma’ David Cameron, Prim Ministru tar-Renju Unit, u Tony Abbot, Prim Ministru Awstraljan.
Joseph Muscat u David Cameron tkellmu dwar iż-żjara li l-Prim Ministru Cameron kellu f’Jaffna n-naħa ta’ fuq tas-Sri Lanka fejn iltaqa’ mal-komunità tat-Tamil.
Mal-Prim Ministru Abbot, Joseph Muscat tkellem dwar l-istrateġija ta’ tkabbir ekonomiku li qed taddotta l-Awstralja.
Waqt l-irtir f’The Waters Edge, il-Kaptijiet tal-Istati tal-Commonwealth iddiskutew issues relatati ma’ tkabbir ekonomiku u sostenibbiltà.
Other Press Releases:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038