Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, L-ONOR. GEORGE W. VELLA, FAVUR IL-ĦOLQIEN TA’ ASSEMBLEA PARLAMENTARI GĦALL-ĠNUS MAGĦQUDA

pr2548
Date Icon 16/11/2013

Meta kien qiegħed jieħu sehem fil-laqgħa ta’ djalogu bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth u organizzazzjonijiet assoċjati li qed issir f’Colombo, Sri Lanka fis-16 ta’ Novembru, 2013, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella ħeġġeġ lill-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth (CPA) biex tikkunsidra bis-serjetà li tissieħeb fil-moviment li għaddej bħalissa biex titwaqqaf Assemblea Parlamentari fi ħdan il-Ġnus Magħquda.

Il-Ministru Vella enfasizza li wieħed mill-pilastri tad-demokrazija huwa li ċ-ċittadini jkunu rappreżentati direttament fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Huwa fakkar li l-Commonwealth iħaddan 53 mit-80 pajjiż li hemm fil-Ġnus Magħquda, u għalhekk il-pożizzjoni li jista’ jieħu l-Commonwealth permezz tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tiegħu, favur jew kontra dan il-moviment, hija importanti ħafna.

Il-Ministru Vella, li flimkien ma’ parlamentari oħra madwar id-dinja jifforma parti minn dan il-moviment, saħaq li bit-twaqqif ta’ Assemblea Parlamentari, il-Ġnus Magħquda jsiru aktar demokratiċi u aktar rappreżentaturi tal-popli, u jissaħħaħ il-kunċett tad-diplomazija parlamentari.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

More Press Releases Right arrow