Left arrow Mur Lura

IMNIEDI UFFIĊJALMENT IL-PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-SME WEEK 2013

pr2544
Date Icon 15/11/2013

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr Chris Cardona flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, Dr Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Permanenti s-Sinjura Paulanne Mamo tnieda uffiċjalment l-SME week u kien ippreżentat il-program ta’ attivitajiet li ser iseħħu minn nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 22 ta’ Novembru.

Il-Ministru Chris Cardona irringrazzja lil Enterprise Policy and Schemes Directorate fi ħdan l-istess Ministru li ħadu ħsieb l-organizazzjoni kif ukoll lil għaqdiet, organizazzjonijiet u dipartiment li għażlu li jkunu parteċipi fl-attivitajiet. Dr. Chris Cardona saħaq li dawn l-attivitajiet huma kkunsidrati bħala okkażjoni tajba fejn iressqu lejn xulxin lin-negozji, il-konsumaturi u stakeholders oħra sabiex flimkien jaqsmu l-esperjenzi, itejbu l-prodotti u s-servizzi u fuq kollox ikunu innovattivi fl-operat tagħhom.

Waqt it-tnedija li saret dalgħodu, il-Ministru Cardona reġa’ kkonferma l-impenn li għandu l-gvern preżenti li jaħdem b’politika bbażata fuq il-prinċipju li jingħata aktar spazju lin-negozji li huma l-mutur ekonomiku tal-pajjiż u li titnaqqas il-burokrazija żejda u l-government induced costs. Qal li l-Gvern beda mill-ewwel jaħdem fuq stateġija ċara ħalli tinħoloq klima ekonomika aktar attraenti f’pajjiżna, b’waħda mill-inizjattivi tkun it-tfassil ta’ Att dwar in-negozju tal-familja.

Dr. Edward Zammit Lewis ħabbar li se jittieħdu diversi miżuri biex l-kumpaniji li jagħmlu użu mill-ICT bħala għodda għat-tnaqqis fl-ispejjeż u jiksbu aċċess għal swieq usa u barranin.  Is-Segretarju Parlamentari saħaq li l-Gvern huwa kommess biex jnaqqas l-burkorazjia żejda tal-Gvern u se jkun qed jaħdem biex iżid l-aċċess għall-finanzjament għall-innovazzjoni. Dr. Zammit Lewis ħabbar li l-MITA ser iwaqqaf ċentru ghall-innovazzjoni tal-ICT fi SmartCity Malta li se jkun qed jaħdem bħala hub li jippromwovi s-sinerġija u inizjattivi mmirati lejn R&D, ġenerazzjoni ta’ ideat u inkubazzjoni ta’ proġetti tal-ICT. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li parti mill-istrateġija Nazzjonali għall-Ekonomija Diġitali se tkun qed tiffoka fuq l-internationalisation ta’ kumpaniji tal-ICT.  

Zammit Lewis spjega kif l-Gvern il-Ġdid qed jagħti importanza kbira lill-Industrija Marittima, permezz ta’ diversi proġetti promossi mill-gvern, se jinħolqu diversi opportunitajiet diretti u indiretti għall-SMEs. Huwa ħeġġeġ lill-kumpaniji żgħar u medji sabiex iħarsu lejn l-industrija marittima bħala industrija ta’ opportunità ħalli tinħoloq Ekonomija Blu b’saħħita.  

Is-Segretrarju Permanenti għal Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, is-Sinjura Paulanne Mamo, tat id-dettalji tal-programm tal-attivitajiet li ser iseħħu waqt l-SME Week, mill-Ħadd 17 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 22 ta’ Novembru, bl-ewwel attività tkun fiera tal-artiġjanat organizzata mid-dipartiment tal-kummerċ il-Ħadd li ġej f’Ta’ Qali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

Aktar Stqarrijiet Right arrow