IL-PRIM MINISTRU JINDIRIZZA Ċ-CHOGM YOUTH DIALOGUE
Il-Prim Ministru Joseph Muscat intalab jintervjeni waqt sessjoni magħrufa bħala CHOGM Youth Dialogue, waqt il-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-pajjiżi tal-Commonwealth li qed issir fi Sri Lanka.
Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn ta’ iktar enerġija miż-żgħażagħ biex ipoġġu fuq l-aġenda l-kwistjoni ta’ iktar drittijiet tan-nisa. Huwa qal li ċerti pajjiżi tal-Commonwealth għadhom lura ħafna f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tan-nisa u qal li ż-żgħażagħ għandu jkollhom il-ħeġġa biex iressqu dawn l-issues ’il quddiem f’pajjiżhom.
Dr Muscat tkellem ukoll dwar id-dritt ta’ vot fl-età ta’ 16-il sena u qasam magħhom l-esperjenza ta’ Malta li għaddejja mill-fażi fejn mis-sena d-dieħla żgħażagħ li għandhom 16-il sena se jkunu qed jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali.
L-istess laqgħa rat it-twaqqif taċ-CHOGM Youth Dialogue li se jibda’ jsir waqt il-laqgħat taċ-CHOGM.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038