XOGĦOL TA’ PITTURA GĦALL-PARLAMENT IL-ĠDID JIĠI OFFRUT LILL-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA
pr2392
28/10/2013
L-Ispeaker Anġlu Farrugia laqa’ għandu lis-Sunjura Anatasia Ponyatovskaya Pace, artista ta’ dixxenedenza Pollakka, li offriet numru ta’ pitturi biex ikomplu jsebbħu l-bini tal-parlament il-ġdid.
Din l-artista ilha residenti Malta mill-2005 u hija gradwata mill-Kulleġġ ta’ Saint Petersburg fir-Russja kif ukoll mill-Akkademja tal-Arti fil-Moldova.
L-Ispeaker Farrugia rringrazzja lis-Sinjura Ponyatovskaya Pace tal-ġest li għoġobha tagħmel u awgurala suċċess fil-karriera tagħha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033