L-ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITÀ U T-TKABBIR EKONOMIKU JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTEŻIJA MILL-AMBAXXATUR TA’ SPANJA GĦAL MALTA E.T. FELIPE DE LA MORENA CASADO
Iktar kieni illum, l-Onorevoli Edward Zammit Lewis irċieva żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur ta’ Spanja għal Malta l-E.T. Felipe de la Morena Casado. F’din il-laqgħa ġew diskussi diversi temi ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi.
L-Ambaxxatur De La Morena qal li f’dawn l-aħħar snin żdiedet l-konnettività bejn iż-żewġ pajjiżi u għalhekk żdied it-turiżmu. Huwa tkellem ukoll fuq is-settur bankarju Malti u wera interess li tiżdied il-preżenza Spanjola f’dan is-settur. Huwa semma ukoll li qed jiżdied l-interess minn kumpaniji Spanjoli fi proġetti u espressjonijiet ta’ interess li qed joħroġ il-Gvern Malti, partikolarment fi settur marittimu.
L-Onor. Edward Zammit Lewis għamel referenza illi taħt l-amministrazzjoni l-ġdida diġà ġie ffirmat ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-magazinaġġ ma’ petrol u żejt mhux maħdum. L-Onor Zammit Lewis semma ukoll l-importanza tal-investiment Spanjol f’Malta fis-settur tal-farmaċewtika, kif ukoll bl-importanza tal-kumpanija rinomata Spanjola MAPFRE li għandha 50.98% tal-azzjonijiet tal-Middle Sea Insurance. L-Onor. Zammit Lewis qal li hemm inpenn kbir biex tiżdied ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi l-aktar fi settur turistiku, marittimu u dak tas-servizzi finanzjarji.
Iż-żewġ partijiet ftehmu li ser iżommu linja ta’ kuntatt kontinwu biex jiġi aċċertat li jissaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u Spanja sabiex jitkattar il-ġid ekonomiku u jinħolqu impjiegi a benefiċċju tal-popli taż-żewġ pajjiżi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033