STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
L-Oppożizzjoni trid ittellef miljuni li jnaqqsu mill-pressjoni fuq il-familji
L-Oppożizzjoni qed tipprova titfa’ dubbji dwar l-Individual Investor Programme biex tipprova ixxekkel inizjattiva li ser jibbenifika minnha l-poplu Malti. Flok investiment minn high-net worth individuals, l-Oppożizzjoni trid li l-flus jinġabru minn iktar taxxi u kontijiet ogħla.
It-track record tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien li farrak il-Permanent Residence Scheme li kienet taħdem tajjeb. Minflok għabbewha b’burokrazija u ġġammjaw qasam tal-ekonomija li kien miexi ’l quddiem.
Interessanti li l-kumpanija li ntgħażlet wara sejħa kompetittiva u b’mod legali u trasparenti, hija kumpanija li ħadmet taħt amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti, b’mod partikolari speċifikament mal-eks Ministru Tonio Fenech.
Il-gvern jenfasizza li persuni li jinvestu fiċ-ċittadinanza Maltija ser ikunu sottoposti għall-iktar mezz ta’ skrutinju effettiv u serju. L-agenzija Maltija Identity Malta u mhux Henley and Partners, tieħu l-aħħar deċiżjoni dwar jekk persuna tikkwalifikax biex tingħata ċ-ċittadinanza.
Filwaqt li l-bibien tal-gvern jibqgħu miftuħa għal diskussjoni mal-Opożizzjoni, dan ma jfissirx li l-gvern ser iħalli lill-Opożizzjoni xxekkel il-pjanijiet biex l-Individual Investor Programm jibda jiġġenera qligħ għall-pajjiżna mill-aktar fis possibli. Fl-ewwel sena mit-tħaddin tal-Individual Investor Progamme, il-Gvern qed jara potenzjal ta’ miljuni ta’ Ewro. Il-qligħ kollu ser imur f’fond speċifiku biex l-interessi jiġu investiti fi proġetti ta’ benefiċċju għall-pajjiżna.
L-istess kif qed jiġri fil-kwistjoni tal-Unjoni Ċivili, dwar din il-materja hemm pożizzjonijiet differenti fil-PN. Ikun interessanti min mill-Oppożizzjoni se jieħu pożizzjoni ċara favur dan il-programm.
Stqarrijiet Oħra:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033