Left arrow Mur Lura

PASSI BIEX JIĠU PROMOSSI RELAZZJONIJIET EQREB BEJN IL-PARLAMENTI TA’ MALTA U DAK TAĊ-ĊINA

pr2360
Date Icon 24/10/2013

Kmieni wara nofsinhar illum, waslet Malta delegazzjoni mmexxija mis-Sur Du Qinglin, Viċi President tas-CPPCC, il-Konferenza Konsultattiva Politika tal-Poplu Ċiniż, li hija istituzzjoni li tagħti pariri lill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu, il-Parlament Ċiniż.  Is-Sur Dinglin ġie mistieden Malta mill-iSpeaker tal-Parlament Malti, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, li laqa’  lis-Sur Du u lid-delegazzjoni tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Id-delegazzjoni Ċiniża, matul iż-żjara tagħha f’Malta, se jkollha taħditiet mal-iSpeaker Malti, kif ukoll se tinżamm laqgħa ma’ membri parlamentari Maltin miż-żewġ naħat tal-Kamra.  Is-Sur Du Qinglin se jmexxi d-delegazzjoni tiegħu wkoll għal żjara ta’ kortesija għand il-President ta’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow