PASSI BIEX JIĠU PROMOSSI RELAZZJONIJIET EQREB BEJN IL-PARLAMENTI TA’ MALTA U DAK TAĊ-ĊINA
Kmieni wara nofsinhar illum, waslet Malta delegazzjoni mmexxija mis-Sur Du Qinglin, Viċi President tas-CPPCC, il-Konferenza Konsultattiva Politika tal-Poplu Ċiniż, li hija istituzzjoni li tagħti pariri lill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu, il-Parlament Ċiniż. Is-Sur Dinglin ġie mistieden Malta mill-iSpeaker tal-Parlament Malti, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, li laqa’ lis-Sur Du u lid-delegazzjoni tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Id-delegazzjoni Ċiniża, matul iż-żjara tagħha f’Malta, se jkollha taħditiet mal-iSpeaker Malti, kif ukoll se tinżamm laqgħa ma’ membri parlamentari Maltin miż-żewġ naħat tal-Kamra. Is-Sur Du Qinglin se jmexxi d-delegazzjoni tiegħu wkoll għal żjara ta’ kortesija għand il-President ta’ Malta.
Other Press Releases:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033