Left arrow Go Back

INIZJATTIVA FEJJIEDA LI SER TGĦIN LILL-KUNSILLI LOKALI JSAĦĦU L-IRWOL TAGĦHOM FL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART PERMEZZ TA’ RIĊIKLAR AĦJAR – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr2351
Date Icon 23/10/2013

Din hija inizjattiva fejjieda li ser tgħin lill-Kunsilli Lokali sabiex isaħħu l-irwol tagħhom fl-immaniġġjar tal-iskart permezz ta’ riċiklar aħjar.

Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta dalgħodu attenda għat-tnedija ta’ inizjattiva li ħadu l-GreenPak flimkien ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali favur ir-riċiklar tal-iskart. Id-dħul minn din l-inizjattiva ser imur għall-fondazzjoni Inspire li qed tagħmel tant ġid f’pajjiżna.

Il-Ministru Leo Brincat qal li huwa interessanti kif din l-inizjattiva li ilha ppjanata kellha issir l-għada li l-Gvern nieda għall-konsultazzjoni Pjan u Strateġija ġdida għall-Immaniġġjar tal-Iskart għas-snin 2013-2020.

Qal li huwa essenzjali li jkun hemm rwol aktar aġġornat u proattiv minn naħa tal-Kunsilli Lokali sabiex dan il-pjan jirnexxi. Minn naħa l-oħra jeħtieġ relazzjoni ferm aktar sostenibbli bejn dawk li jħaddmu skemi bħal GreenPak u l-istess Kunsilli Lokali.

Ir-riċiklar tal-iskart jekk isir bi ħsieb, b’għaqal u b’ippjanar serju jkun sostenibbli kemm mil-lat ambjentali kif ukoll mil-lat finanzjarju.

Il-Ministru Leo Brincat qal li biex nirnexxu f’dan il-qasam kulħadd irid ikun miftuħ għall-ideat ġodda fl-immaniġġjar tal-iskart u mhux jibqa’ ankrat ma’ drawwiet antikwati.

Qal li jinsab fiduċjuż li hekk kif il-Project Team li ħejja l-pjan u l-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart kellu feedback interessanti u siewi ħafna kemm mill-Kunsilli Lokali u kif ukoll mill-operaturi tal-iskemi meta tħejja l-ewwel abbozz tal-pjan, l-Gvern u l-Awtoritajiet mill-ġdid ser isibu l-appoġġ, is-sostenn u l-impenn tagħhom ukoll fit-twettiq tal-pjan.

B’dan il-mod qal il-Ministru Brincat kulħadd ikun rebbieħ, jikber ir-riċiklaġġ tal-iskart u pajjiżna joqrob aktar lejn il-miri li għandu f’dan il-qasam sas-sena 2020.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow