Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. MICHAEL FARRUGIA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMINISTRATTIVA, WAQT IL-PREŻENTAZZJONI TAL-ODZ DRAFT POLICY L-ERBGĦA 23 TA’ OTTUBRU 2013 - FLORIANA

pr2350
Date Icon 23/10/2013

Il-MEPA qed toħroġ dan id-dokument  jiġifieri id-draft policy għaż-żoni msejħa Barra ż-Żoni tal-Iżvilupp.

Dan id-dokument jiġbor fih it-tliet dokumenti preċedenti:

–     wieħed li kien jirregola kull tip ta’ żvilupp relatat mal-agrikoltura (bħal irziezet tal-bhejjem, reservoirs, serer u oħrajn),

–     ieħor li kien jirregola kull tip ta’ żvilupp ieħor bħal djar eżistenti barra ż-żona tal-iżvilupp,

–     u t-tielet hi l-policy li kienet tirregola l-iswimming pools ukoll barra ż-żona tal-iżvilupp.

B’hekk dawn il-policies inġabru f’dokument wieħed, saru aktar konċiżi u jinftehmu aħjar.

Dan id-dokument qed jiġi preżentat għal konsultazzjoni fuq perjodu ta’ sitt ġimgħat. 

Ix-xogħol fuq dan id-dokument sar permezz ta’ kumitat li kien iffurmat apposta, biċ-chairperson, Elizabeth Ellul, 4 membri mill-MEPA, 2 membri mid-Dipartiment tal-Agrikoltura u membru mill-Malta Tourism Authority.

Waqt il-proċess tad-drafting ta’ dan id-dokument dan il-kumitat irċieva 33 kumment mingħand diversi persuni, fejn dawn kollha ġew notifikati b’acknowledgment. Dawn il-kummenti se jkunu ippubblikati fuq il-website tal-MEPA flimkien mal-kummenti li ħalliet il-MEPA stess.

Ta’ min jgħid illi meta il-kumitat irċieva dawn il-kummenti xorta waħda laqa’ dawk il-kummenti li rċieva mingħand l-NGO’s, u dan minkejja illi waslu tard.

Dan id-dokument sar biex jitjiebu l-policies eżistenti għall-bżonnijiet tal-lum, wara li sar analiżi tal-applikazzjonijiet li l-MEPA rċiviet, u d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-bordijiet (inklużi l-EPC u t-tribunal) fi ħdan il-MEPA, dejjem f’siti barra miż-żona tal-iżvilupp.  Dan l-istudju sar kemm fuq dawk l-applikazzjonijiet li ġew approvati u dawk li ġew irrifjutati f’dawn l-aħħar snin.  Kien hemm applikazzjonijiet li setgħu ġew “salvati” u dawk li kienu outright no.  Dawk li setgħu ġew salvati kienu rrifjutati minħabba l-policies, li ma kinux jgħinu l-bidwi ġenwin.  Għalhekk irrevedejna dawn il-policies u ħriġna b’dan id-dokument.

Min-naħa l-oħra għandna policy ġdida li jekk bini ma jintużax għall-iskop tal-permess li ngħata għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi fi 30 sena, dan irid jaqa’.  Daħħalna policy ġdida, msejħa Research and Innovation  fejn proġett għar-riċerka supported minn NGO jista’ jiġi permess għal perjodu ta’ ħames snin, b’ċertu kundizzjonijiet.

Kif diġà smajtu, issimplifikajna l-policies u l-proċeduri f’dan il-qasam tal-biedja biex inneħħu l-burokrazija żejda.  

Bini bil-permessi kollha li llum jikkwalifika bħala bini abbandunat u li jkerrah l-ambjent tagħna jista’ jinbidillu l-użu tiegħu jew jerġa’ jiġi żviluppat f’bini ieħor tal-istess daqs (dejjem relatat ma’ żviluppi li jistgħu jsiru fl-ODZ biss u mhux ngħidu aħna f’bini residenzjali).  L-għan hu li ntejbu l-aspett viżiv fil-kampanja tagħna. Wieħed irid jifhem li qed nitkellmu fuq binjiet bil-permessi jiġifieri fuq binjiet mibnija legalment.  

Waħda mill-għanijiet prinċipali kienet li ngħinu l-bidwi Malti fix-xogħol tiegħu.  Visitor attractions u agritourism kienu biss għall-bdiewa.  Fil-fatt f’dawn l-aħħar ħames snin applikazzjoni waħda biss ġiet approvata għall-agri-turiżmu.  Il-policy il-ġdida qed tagħti nifs ġdid biex jista’ jkun hemm stakeholder (flimkien mal-bidwi b’irbit legali) li jidħlu għal dan it-tip ta’ żvilupp.   

B’dan f’moħħna, il-policies il-ġodda qed jgħinu biex intejbu d-diversifikazzjoni fil-qasam tal-irziezet. Ngħidu aħna binja żgħira ġol-konfini ta’ farm tista’ tintuża għall-bejgħ tal-prodotti magħmula fuq l-istess farm, attrazzjonijiet għall-viżitaturi bħal ngħidu aħna jintwera l-proċess kif isir l-inbid mill-għeneb fuq l-istess sit fejn jitkabbru d-dwieli, u wiehed jista’ jara l-proċess kollu inkluż iduq dan l-inbid.  L-agri-turiżmu wkoll hu wieħed mill-oqsma tad-diversifikazzjoni.  F’dan il-qasam ħejjejna policy li tgħin il-bidwi.  

Il-policies qed jinkoraggixxu l-użu tal-ġebel riċiklat minn xogħlijiet ta’ twaqqiegħ, u l-użu tal-injam naturali għal stalel ġodda biex l-iżvilupp ikun riversibbli meta l-istruttura ma jibqax il-bżonn tagħha.  

Fil-kampanja tagħna nsibu binjiet skedati ukoll.  Hu dnub li dawn il-binjiet ma jingħatawx xi użu.  Il-Gvern ser jagħti inċentivi biex wieħed ikun jista’ jikri xi post bħal dan u diment li ma jikkompromettix il-valur storiku tiegħu, ikun jista’ japplika għal bdil tal-użu tiegħu.

Dan id-dokument qed joħroġ għal konsultazzjoni pubblika mil-lum għal perjodu ta’ sitt ġimgħat.  Nixtieq li jsiru laqgħat mal-entitajiet kollha li għandhom interess f’dan il-qasam – il-bdiewa, NGO’s u stakeholders.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow