L-ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS INIEDI INIZJATTIVA ONLINE SABIEX JIĠU PROMOSSI SERVIZZI LOKALI BARRA MINN MALTA
L-Onor. Dr Edward Zammit Lewis nieda themaltaguide.com inizjattiva online li se tkompli ssaħħaħ il-preżenza tas-servizzi Maltin u Għawdxin fuq l-Internet.
Is-Segretarju Parlamentari Dr Edward Zammit Lewis saħaq , “Inħoss li huwa importanti li l-Gvern juri s-sapport tiegħu lil min qiegħed jagħmel pass bħal dan li permezz ta’ pjanar u mudell innovattiv iktar nies jistgħu jżuru lil Malta u jagħmlu użu mis-servizzi ta' pajjiżna. Naf li fil-fatt dan il-proġett jinvolvi diversi proċessi u investimenti kontinwi.
Hawnekk qed naraw tliet persuni li ngħaqdu flimkien, u bit-talenti differenti tagħhom ħolqu dan in-negozju innovattiv. Negozju li huwa mmexxi minn tliet imprendituri nisa, li raw it-teknologija tal-Informatika bħala mod kif jistgħu jagħmlu n-negozju u jilħqu swieq ġodda.”
Is-Sinjura Audrey Shaneler minn themaltaguide.com saħqet li minkejja li hemm diversi siti dwar Malta, fil-fatt, mir-riċerka li għamlu huma irriżulta li kien hemm bżonn ta’ one stop shop għal min jixtieq imqar jieħu idea ta x’servizzi sejjer isib f’pajjiżna, u naturalment jagħmel il-kalkoli relatati.
Dr. Zammit Lewis faħħar ukoll il-mod li biħ themaltaguide.com qed jagħmel użu kombinat tas-social media. “Dejjem ngħidu li s-social media hija mezz importanti ta’ komunikazzjoni, pero inħoss li għad hemm fejn nistgħu nikbru fl-użu appropjat tagħhom. F’dan il-kaz permezz ta marketing intelliġenti qed jigu identifikati klijenti prospettivi u jiġu mħajra jżuru lil Malta u jibbukjaw għas-servizzi turistiċi minn qabel. Fil-fatt, innutajt wkoll, u kkonfermawli, li l-maġġoranza ta’ dawk li qed isegwu il-paġna fuq is-social media huma nies mir-Renju Unit, Awstralja, Kanada u l-Italja.”
Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll li hemm gender-gap fl-użu tal-ICT f’pajjiżna, fejn is-sess femminili juża u jistudja l-ICT inqas mis-sess maskili. Dan l-eżempju tal-lum fejn tlett nisa ingħaqdu flimkien biex b’mudell inovattiv u permezz tat-Teknologija tal-Informatika jagħmlu negozju jista’ jgħin sabiex iktar tfajliet jersqu lejn l-ICT. In-negozji Maltin għandhom iħarsu lejn l-ICT mhux bħala xkiel iżda bħala opportunità li biha jistgħu jiżdiedu n-negozji u jintlaħqu swieq ġodda, li jwassal għat-tkabbir ekonomiku.
Stqarrijiet Oħra:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033