Left arrow Mur Lura

IL-GŻIRA GĦAWDXIJA HIJA PRIORITÀ GĦAL DAN IL-GVERN

pr2344
Date Icon 22/10/2013

Dan il-Gvern iħares b’mod qawwi lejn il-potenzjal tal-gżira Għawdxija u għalhekk qed jagħtiha kull priorità li jixirqilha. Waqt laqgħa mal-Gozo Regional Committee f’Kastilja, l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Għawdex ma tridx għajnuna biex ma taqax lura iżda appoġġ reali biex timxi ‘l quddiem.

Dr Muscat esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal interess qawwi, iktar milli mistenni, mill-kumpaniji privati fl-espressjoni ta’ interess għal cruise liner terminal u yacht marina f’Għawdex. Qal li issa beda l-proċess biex issir evalwazzjoni serja għal għażla li tkun sensittiva għall-ambjent u l-ekonomija t’Għawdex. Iċ-ċavvetta tas-success hi l-aċċessibilità.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed iħares li jkun hemm studji, kemm short term kif ukoll long term, dwar diversi possibilitajiet bejn Malta u Għawdex. Fost oħrajn dwar servizz aħjar tal-Gozo Channel u servizz ieħor veloċi bil-baħar. Kull possibilità trid tiġi mwieżna sew flimkien mal-istudju li qed isir bħalissa dwar il-bini ta’ bridge. Dr Muscat semma kif l-istudju dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, li dwaru fil-leġiżlatura li għaddiet ingħatat l-impressjoni li huwa done deal, għadu ma kisibx il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea. Dan il-Gvern beda l-proċess biex it-talba terġa’ tiġi sottomessa bil-għan li l-istudju jiġi ffinazjat u l-poplu, l-aktar dak Għawdxi, jkun jista jiddeċiedi liema hi l-aħjar soluzzjoni għar-rabta bejn Malta u Għawdex.

Dr Muscat semma wkoll kif il-Gvern lest jisma’ dwar metodi oħra ta’ trasport bl-ajru. Qal li jeżisti interess minn operaturi tal-helicopters u l-Gvern jemmen li dan is-servizz għandu jkun mibni fuq skeda, u mhux fuq charter. Din il-priorità fuq l-aċċessibilità se twassal biex jitwettaq l-impenn politiku ta’ dan il-Gvern li joħloq xogħol f’Għawdex għal Għawdxin. Il-Prim Ministru qal li l-Budget li ġej se jinkludi programmi li jgħinu biex jintlaħaq dan l-għan.

Minn naħa tiegħu, l-President tal-Gozo Regional Committee Michael Grech qal li l-kumitat huwa kuntent bil-koperazzjoni li qed isib mill-Ministeru għall-Għawdex. Qal li huwa persważ li l-Gvern se jżomm il-wegħdiet elettorali tiegħu, fost oħrajn, li jitwaqqaf uffiċju Għawdxi fi Brussel. Michael Grech qal li Għawdex għandu problemi differenti minn ta’ Malta u għalhekk hemm bżonn ħidma differenti bil-għan li r-reġjonalità ta’ Għawdex tkun imsaħħa u l-gżira jkollha level playing field ma’ destinazzjonijiet kompetitturi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow