Left arrow Go Back

NAGĦMLU L-AĦJAR UŻU MILL-FAĊILITAJIET SPORTIVI

pr2341
Date Icon 22/10/2013

Jeħtieġ li nibdew naħdmu aktar flimkien mal-assoċjazzjonijiet sportivi biex ikun hemm tmexxija aħjar tal-faċilitajiet sportivi li għandna pajjiżna. F’pajjiżna hawn faċilità sportiva għal kull 1,500 resident u għalhekk irridu nagħmlu l-aħjar użu minnhom. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa flimkien mal-Malta Enployees Sports Association li torganizza attivitajiet sportivi għall-impjegati tas-settur pubbliku.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li f’pajjiżna jrid ikun hawn kunsens bejn l-għaqdiet sportivi biex jinħolqu sinerġiji dwar l-użu tal-faċilitajiet sportivi. Huwa appella wkoll biex id-diretturi u l-managers tad-dipartimenti u istituzzjoniniet tal-Gvern iħajjru lill-ħaddiema tagħhom jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi. Jeħtieġ li nibdew ngħarrfu l-bżonn tal-attività fiżika u ninkoraġixxu lill-ħaddiema tagħna jkunu aktar attivi. B’hekk ikollna soċjetà aktar b’saħħitha.

Il-MESA hija affiljata mal-Malta Football Association u għaldaqstant il-logħob tagħha jsir taħt l-awspiċi ta’ l-MFA, li tipprovdi kull għajnuna f’dawk li huma faċilitajiet u referees li jikkontrollaw il-logħbiet tal-MESA. Il-MESA torganizza għadd ta’ attivitajiet oħra sportivi, fosthom football tournaments, atletika, bowling, snooker, pool, darts, table tennis u badminton. Il-MESA se tkun affiljata ma’ Federazzjoni Ewropeja li torganizza attivitajiet sportivi għall-impjegati f’diversi pajjizi Ewropej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow