Left arrow Go Back

XOGĦOL B’DINJITA` GĦAL KULĦADD

pr2337
Date Icon 22/10/2013

Waqt konferenza tal-aħbarijiet konġunta mill-Ministru Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, u mill-Ministru Helena Dalli, Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, tħabbar li l-Gvern se jieħu aktar inizjattivi biex tkun indirizzata r-realta` tal-impjiegi b’kundizzjonijiet prekarji f’Malta, b’mod partikolari fejn jidħlu l-immigranti.

Il-Ministri Evarist Bartolo u Helena Dalli kienu qed jitkelmu fid-dawl tar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza tal-Kunsill tal-Ewropa, li kien ippubblikat fil-jiem li għaddew.  Dan ir-rapport dwar il-qagħda f’Malta jirrakkomanda sabiex l-awtoritajiet Maltin jieħdu passi biex jingħeleb l-isfruttament ta’ refuġjati u persuni oħra li ngħataw protezzjoni umanitarja billi jindirizzaw ir-rappreżentanza kbira tagħhom f’xogħlijiet mhux dikjarati.  Dawn it-tip ta’ xogħlijiet ġeneralment joffru kundizzjonijiet ħżiena lill-ħaddiema.  Il-Kunsill tal-Ewropa qed jirrakkomanda lill-awtoritajiet Maltin sabiex jiżguraw li l-penali imposti fuq min jimpjega immigranti b’mod illegali verament ikunu ta’ deterrent.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xoghol Evarist Bartolo qal li mhux aċċettabli li ħaddiema jiġu diskriminati u jiġu abbużati minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom jew għax jinsabu f’pożizzjoni prekarja.

Dott. Dalli tkellmet dwar il-miżuri li diġa` ħa l-Gvern biex jiġġieled il-kondizzjonijiet ħżiena tax-xogħol.  Fost dawn hemm li d-Dipartiment tal-Kuntratti ma jagħtix tenders pubbliċi lil min mhux lest li jaderixxi mar-regolamenti li nħarġu li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol.  Il-Ministru Dalli qalet li kif il-Gvern ippubblika ċirkolari lill-kapijiet tad-Dipartimenti u l-entitajiet kollha tiegħu f’dan ir-rigward, issa jmiss lis-settur privat li jsegwi.

Il-Ministru Dalli semmiet l-importanza ta’ inizjattivi li permezz tagħhom il-ħaddiema kollha jkollhom trattament tajjeb fuq il-post tax-xogħol.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow