Left arrow Go Back

EDUKAZZJONI FIL-QASAM MARITTIMU: ĊERIMONJA TA’ GĦOTJA TA’ BORŻA TA’ STUDJU LIL LIAM GRECH

pr2333
Date Icon 21/10/2013

L-Onor. Ministru Joe Mizzi kien preżenti fiċ-ċerimonja ta' għotja ta' borża ta’ studju lill-istudent Malti - Liam Grech. Din l-għotja ngħatat mill-kumpanija taż-żejt Phoenicia Energy Company Ltd li qiegħda tagħmel tiftix għaż-żejt fl-ibħra Maltin. Il-kumpanija Phoencia Energy li hi komposta minn żewġ kumpaniji magħrufa - Mediterranean Oil and Gas plc u Genel Energy plc, għandha obbligu li tħaffer bir fin-nofsinhar ta' Malta fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.  Il-Ministru Mizzi qal li l-preparamenti huma fi stadju avvanzat u jittama li din l-inizjattiva tkun waħda ta' suċċess. Huwa kompla jgħid dwar kif l-edukazzjoni hija ta’ importanza kbira għal dan il-Gvern, u malli ħa r-responsabbiltà għat-tiftix taż-żejt mill-ewwel beda jinkoraġġixxi lill-kumpaniji li qegħdin joperaw f'Malta sabiex jinvestu fl-edukazzjoni f'suġġetti marbuta mal-aspett marittimu. 

L-Università ta' Malta f'kollaborazzjoni mal-International Ocean Institute bdiet minn din is-sena toffri kwalifika fl-livell ta' Masters fis-suġġett tal-Ocean Governance. L-Onor. Joe Mizzi qal li meta wieħed jikkunsidra li Malta għandha spazju marittimu kbir meta meqjus mal-qies tal-gżira, wieħed mill-ewwel jirrealizza l-importanza li għandna nagħtu lill-ibħra tagħna. Għalhekk għandu jkollna biżżejjed nies imħarrġa f'suġġetti relatati mal-aspett marittimu sabiex Malta tibni kapaċità f'dan il-qasam.

B'inizjattivi li qiegħda tieħu l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-Integrated Maritime Policy li jinkludi inizjattivi bħal 'Blue Growth' u l-ippjanar tal-ispazju marittimu, huwa pożittiv li l-Università rat il-ħtieġa li tipprovdi dan il-kors li huwa marbut sew ma’ dan is-suġġett. Il-Ministru nkoraġġixxa aktar studenti Maltin sabiex jispeċjalizzaw f'dan il-qasam filwaqt li awgura lil Liam Grech biex jagħmel ħiltu kollha sabiex ikollu suċċess fl-istudji tiegħu.

Liam intagħżel permezz ta' sejħa mill-Università ta' Malta għal din il-borża ta’ studju u l-għażla minn fost l-applikanti saret minn bord imwaqqaf mill-Università. Il-Ministru Mizzi qal li min-naħa tiegħu l-Gvern ukoll se jibda joffri boroż ta' studju lil studenti f'dan il-qasam permezz ta' fondi li l-Gvern jirċievi minn kumpaniji taż-żejt li jkunu qegħdin joperaw Malta.

Huwa kompla jgħid li hemm ħafna inizjattivi li bħalissa qiegħed jaħdem fuqhom dan il-Gvern sabiex jiżdied it-tagħlim f'suġġetti marittimi kif ukoll it-tagħlim marbut mat-tifitix taż-żejt. Il-Ministru Joe Mizzi kkonkluda billi rringrazzja lill-Università ta' Malta u lill-International Ocean Institute għall-impenn tagħhom fil-qasam edukattiv u lill-Phoenicia Energy talli offrew din l-borża ta’ studju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow