Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr2313
Date Icon 19/10/2013

Il-Gvern jinsab sorpriż li filwaqt li għaddejjin diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni dwar l-Individual Investor Programme - liema taħdidiet l-Oppożizzjoni dehret pjuttost kostruttiva fihom - f’daqqa waħda l-istess Oppożizzjoni ħarġet bi kritika f’konferenza tal-aħbarijiet dwar dan l-istess programm.

Minkejja li dan kollu jitfa’ dubji dwar l-intenzjonijiet veri tal-Partit Nazzjonalista, il-Gvern xorta se jibqa’ juri rieda tajba u lest li jkompli jiddiskuti.

Madankollu wieħed għandu jirrimarka li l-attitudni addotatta mill-Oppożizzjoni pubblikament tista’ tkun ta’ dannu għal pajjiżna.

Filwaqt li l-Gvern dejjem lest li jilqa’ suġġerimenti b’mod pożittiv, mhux beħsiebu li jirriduċi dan il-programm f’wieħed li ma jaħdimx tant kemm ikun mgħobbi b’burokrazija żejda.

Il-Partit Nazzjonalista kien diġà qatel il-Permanent Residence Scheme, li kienet tħalli ħafna ġid, permezz tal-istess attitudni u kellu jkun dan il-Gvern li jagħtih il-ħajja permezz tal-Global Residence Programme.

Ta’ min ifakkar li, f’dan il proċess, il-Gvern qed isegwi il-pariri ta’ esperti internazzjonali magħżula wara sejħa pubblika.

Il-Gvern huwa kommess li ma jitħallix jinqabeż minn pajjiżi oħra li niedew, jew qed iniedu, skemi simili u jara dan bħala mument ta’ għażla bejn ekonomija li tibqa lura u ekonomija li tħares ’il quddiem billi titfa’ inqas piżijiet fuq it-taxpayers u toħloq sorsi ġodda ta’ investiment u dħul.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow