Left arrow Go Back

FTEHIM BEJN IL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U S-SETTUR PRIVAT DWAR SELF TA’ APPARAT MEDIKU

pr2309
Date Icon 19/10/2013

Il-Ministeru għas-Saħħa kompla jkattar ir-relazzjonijiet tiegħu mal-privat, wara li ġie ffirmat ftehim dwar self ta’ apparat mediku bejn l-Isptar Mater Dei u entitajiet privati fis-settur tas-saħħa.

L-għan tal-ftehim huwa t-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-gvern u s-settur privat, wegħda elettorali tal-Gvern Laburista.

Permezz ta’ dan il-ftehim, apparat mediku se jibda jiġi misluf kemm mill-Isptar Mater Dei lis-settur privat u f’każ rari wkoll mis-settur privat lill-Isptar Mater Dei. L-apparat se jissellef bi ħlas stabbilit u għalhekk dan il-ftehim għall-ewwel darba jaħseb biex tkun irkuprata l-ispiża relatata mas-self, fejn qabel ma kienx isir hekk.

Qabel ġie ffirmat dan il-ftehim, kien isir self ta’ apparat, imma dan kien jissellef bla ebda introjtu finanzjarju għall-Ministeru għas-Saħħa. L-Isptar Mater Dei jislef ħafna aktar apparat mediku lis-settur privat milli jkollu bżonn jissellef hu.

L-Isptar Mater Dei, permezz ta’ dan il-ftehim, se jkun jista’ jsellef apparat mediku lis-settur privat u b’hekk dan tal-aħħar ikun jista’ jagħmel proċeduri mediċi, li s’issa ma’ setgħax jagħmilhom minħabba li m’għandux  l-apparat meħtieġ. Għalhekk il-pazjent se jibbenefika wkoll għaliex bil-ftehim se jkunu assigurati l-aqwa faċilitajiet kemm fis-settur tas-saħħa pubblika u wkoll dik privata.

B’dan il-ftehim l-Isptar Mater Dei ukoll se jkun jista’ jissellef apparat mediku mis-settur privat. Dan jista’ jsir f’każ li jinqalgħu ħsarat fl-apparat tal-Isptar Mater Dei u għalhekk tkun assigurata l-kontinwazzjoni tal-interventi mediċi li jkun hemm bżonn.

Biex intlaħaq dan il-ftehim sar eżerċizzju fl-Isptar Mater Dei biex jiġi evalwat dak l-apparat li jista’ jinkera u wkoll evalwazzjoni ta’ kemm jiswa’ flus dan l-apparat. L-apparat mediku ma jinkeriex għal aktar minn 24 siegħa, imma fejn ikun hemm il-ħtieġa ta’ aktar żmien, il-ħlas għall-kiri isir għall-ħin totali li l-apparat idum mikri.

Biex issir il-kera nħoloq protokol. Għalhekk qabel ma jinkera, l-apparat jiġi spezzjonat miż-żewġ partijiet biex ikun żgurat il-kundizzjoni tiegħu u ssir spezzjoni wkoll wara li l-apparat ikun ritornat.

Permezz tal-ftehim il-ġdid, issa hemm aktar trasparenza dwar kif apparat mediku mill-Isptar Mater Dei jinsilef lis-settur privat u fuq kollox aktar kontabilità.

Qabel ma ġie ffirmat dan il-ftehim, kien isir self ta’ apparat mill-Isptar Mater Dei, imma ma kienx hemm defenizzjoni ċara dwar dan is-self.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow