Jum Dinji kontra l-Faqar
Fil-Jum Dinji kontra l-Faqar il-Ministru ghall-Familja u Solidarjetà Socjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca ghamlet zjara lill-Millenium Chapel.
F'din il-gurnata stabbilita mill-Gnus Maghquda fis-sena 1993, il-Ministru qalet li l-Gvern qed jgharbel il-possibilità ta' public-social partnerships mal-ghaqdiet mhux governattivi.
Dan bil-ghan li l-Gvern jidhol fi shubija mal-NGO's u jixtri servizzi minghandhom ghaliex fi kliem l-Onor. Coleiro Preca l-ghaqdiet mhux governattivi kontinwament jesperjenzaw il-vibra socjali tal-pajjiz.
Il-Ministru qalet ukoll li certu tip t'assessjar ta' familji fil-bzonn li jkun digà sar mill-Millenium Chapel, m'hemmx il-htiega li jigi ripetut mill-Gvern.
Qalet li l-Gvern ghandu jserrah fuq dan l-assessjar u b'hekk ikun jista' jintervjeni u joffri l-ghajnuna fil-pront lill-familji li jinsabu f'diffikultajiet.
L-Onor. Coleiro Preca ddawwret mal-Millenium Chapel mid-Direttur tal-Kappella Ft Saviour Grima li spjega li mat-800 familja tavvicina lill-Millenium Chapel ghal kull tip t'ghajnuna jew servizz.
Hija temmet tfahhar hidmet it-tmexxija tal-Kappella ghas-sehem taghha fil-glieda kontra l-faqar u l-eskluzjoni socjali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033