Left arrow Go Back

ILJIELI SKALIN 2013 F’MARSASKALA

pr2274
Date Icon 16/10/2013

Il-Kumitat Kulturali ta’ Marsaskala taħt l-awspiċi tal-Kunsill Lokali tal-lokalità qed jorganizza attivitajiet kulturali u storiċi mad-dawra tat-Torri ta’ San Tumas nhar is-Sibt 19 t’Ottubru.

L-Onor José Herrera faħħar din l-inzjattiva mhux biss minħabba li l-Kunsill Lokali qiegħed jagħti l-għarfien kulturali u storiċi konnessi ma’ din il-lokalità imma wkoll minħabba l-involviment tal-NGO Wirt Artna. Huwa saħaq fuq l-importanza li qegħda tingħata lill-kultura. “Il-kultura mhix is-cinderella tal-politika ta’ pajjiżna u għalhekk qegħdin nagħtu l-importanza li hi xierqa. Permezz tat-titlu li l-Belt Kapitali ngħatat għas-sena 2018 qegħdin nifmhu mhux biss il-prestiġju marbut magħha iżda wkoll is-saħħa li l-kultura għandha sabiex tirriġenera l-lokalitajiet. Din il-politika qegħdin nenfasizzawha fil-kunsilli u qegħdin ngħinu sabiex dawn l-attivitajiet li qegħdin jiġu organizzati jkollhom it-timbru u l-identità tal-lokalità nnifisha”

“Huwa f’dan il-qasam li t-tiżwieq mal-ħidma ta’ NGO bħal ma’ hija Wirt Artna qed jiġi enfasizzat. Bħala amministrazzjoni it-tir huwa li ngħinu aktar lill-dawn l-organizzazzjonijiet. Il-Gvern Ċentrali ma’ jistax jieħu ħsieb kull aspett kulturali li jeżisti ġewwa pajjiżna – kemm mil-lat prattiku kif ukoll sabiex tagħti lok ta’ ideat ġodda wkoll.”

Matul din l-attività ser isiru wirjiet ta’ xogħol t’artiġġjanat u informazzjoni fuq is-sit storiku tal-Magħluq li jidħol ukoll fin-Natura 2000. Ser ikun hemm xogħlijiet tal-arti bil-melħ li ser jiġu esebiti ġewwa t-Torri. Żewġ infermiera mill-Health Promotion Unit ser ikunu fis-sit biex jagħtu informazzjoni dwar il-pressjoni kif ukoll jittestjaw il-pressjoni.

Ser ikun hemm ukoll wirja mir-re-enactors tal-MTA l-In Guardia li ser ikunu qed jagħmlu xi attivitajiet quddiem it-Torri ta’ San Tumas. Il-Paul Curmi Dancers ser ikunu qed jagħmlu xi wirjiet ta’ żfin kif ukoll logħob u kant għat-tfal. Il-grupp ta’ re-enactors Show of Arms, il-Legio X Fretensis – Malta the Renaissance Guard kif ukoll Anakron, ser ikunu qed jagħtu wirjiet. Ser ikunu qegħdin jipparteċipaw ukoll il-Marsa Peagant Group. Ser ikun hemm ukoll wirja ta’ karozzi antiki mill-Old Motors Club Association.

Il-Ħadd 20 t’Ottubru ser issir dawra gwidata fil-fortifikazzjoni storiċi tal-lokalità. Dawn jibdew fid-9.30 ta’ filgħodu u jitilqu mill-pjazza tal-knisja. Dawn it-tours ser isiru minn gwida professjonali.

Ser tiġi organizzata ukoll dawra fuq il-baħar madwar il-bajja. Din ser issir is-Sibt fis-6.20 ta’ filgħaxija u l-Ħadd fid-9.30 ta’ filgħodu. It-tluq issir mis-slipway ta’ quddiem il-Knisja.

Għal dawk li jħobbu s-sajd, ser ikun hemm kompetizzjoni tas-sajd b’risq l-Istrina. Din qed tiġi organizzata mill-Blue Sea Anglers Club u ser isseħħ il-Ħadd filgħodu. Il-parteċipati jridu jiltaqgħu quddiem il-Knisja fis-6 ta’ filgħodu u l-kompetizzjoni tibda fis-7.

Dawn l-attivitajiet huma possibli minħabba l-għajnuna finanzjarja li qed jingħataw mis-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, il-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-MTA.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow