Left arrow Go Back

“IL-KONTRIBUT LI TAW U LI GĦADHOM JAGĦTU LIS-SOĊJETÀ U LIL PAJJIŻNA, HUWA FROTT LI KULJUM NIKKONSMAW MINNHU FL-INTERESS TA’ PAJJIŻNA” – L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA

pr2270
Date Icon 16/10/2013

Dalgħodu l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ kortesija mill-fundatur u President ta’ Nanniet Malta, is-Sur Philip Chircop, li kien akkumpanjat mill-Viċi President, is-Sur Charles Stroud.

Is-Sur Chircop irringrazzja lill-Ispeaker li laqa’ t-talba tagħhom u sab il-ħin biex jiddiskuti dwar l-importanza li nagħrfu lin-nanniet ta’ pajjiżna u l-kontribut kontinwu li jagħtu.

L-Ispeaker irringrazzja lill-fundatur ta’ din l-NGO tal-inizzjativa filwaqt li sostna li huwa aktar milli xieraq li pajjiżna jirrikonoxxi lill-anzjani tagħna li fil-maġġoranza huma kif insejħulhom nanniet, li aktar minn kollox, huma l-fus tas-soċjetà Maltija. Il-kontribut li taw u li għadhom jagħtu lis-soċjetà u lil pajjiżna, huwa l-frott li kuljum nikkonsmaw minnhu fl-interess ta’ pajjiżna, tenna l-Ispeaker.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow