Left arrow Mur Lura

IL-PROBLEMA TAT-TRAB FIN FL-ARJA GĦADHA PRIJORITÀ GĦALL-GVERN MALTI – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

PR2267
Date Icon 16/10/2013

Filwaqt li jilqa’ pożittivament l-aħħar stħarriġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent li juri titjib li għamel pajjiżna flimkien ma’ għadd ta’ pajjiżi oħrajn fil-qasam tal-kwalità tal-arja, l-Gvern Malti ser jibqa impenjat li jindirizza l-kwalita’ tal-arja u l-problemi li għadd hemm fl-aktar mod pro attiv.

Mhux biss għax il-kwalità tal-arja għadha l-aktar kwistjoni li tħasseb u tinkwieta liċ-ċittadini Maltin kif ikkonfermat mill-Euro Barometer, iżda l-aktar għaliex studju riċenti tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-WHO juri li fejn jidħol l-hekk imsejjaħ trab fin (particulate matter) il-limiti tal-Unjoni Ewropeja huma ferm aktar dgħajfa minn dawk tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Skont l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa it-trab fin għadu qed iwassal biex iqassar ħajjiet in-nies u anke biex joħloq mard respiratorju u mard tal-qalb.

Malli titwaqqaf l-Awtorità l-ġdida tal-Ambjent il-Gvern bi ħsiebu jintensifika l-ħidma tiegħu f’dan il-qasam bħala waħda mill-prijoritajiet tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow