Left arrow Mur Lura

INĦARSU L-AMBJENT U NSAĦĦU T-TRASPORT MARITTIMU BILLI NINVOLVU L-ORGANIZAZZJONI MARITTIMA INTERNAZZJONALI – IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI

pr2261
Date Icon 15/10/2013

Fil-Lussemburgu, hekk kif kompliet il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent, il-Ministru għall- Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li minħabba li t-tbaħħir internazzjonali mistenni jkompli jikber, Malta qed tagħraf il-bżonn li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu internazzjonali jiġu indirizzati wkoll permezz ta’ negozjati internazzjonali.

Dan, qal il-Ministru Brincat, jista’ jsir fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO.

Żied jgħid li dan huwa importanti li jsir jekk l-għan aħħari tagħna huwa dak li tinkiseb soluzzjoni globali li tkun l-aktar waħda xierqa. B’dan il-mod jiżdiedu kemm il-benefiċċji ambjentali kif ukoll jissaħħaħ il-potenzjal ekonomiku.

Infrastruttura Ħadra

Pajjiżna huwa favur kull strument propost mill-Unjoni Ewropea, inkluż fuq livell ta’ Bank Ewropew tal-Investiment, li jista’ jiffaċilita sehem is-settur privat biex jinvesti f’teknoloġiji nodfa u favur l-ambjent bl-iskop li nkomplu nwittu t-triq għall-ħolqien tal-ekonomija l-ħadra.

Dan għaliex il-Gvern Malti jemmen fid-dinamiżmu u l-innovazzjoni tas-settur privat. Jemmen li hemm bżonn ta’ ideat ġodda kif nagħtu spinta lill-ekonomija ta’ pajjiżna. Il-Gvern Malti jemmen li l-investiment u l-ambjent jistgħu jaħdmu id f’id għal ġid komuni.

Il-Ministru Brincat qal li inizjattivi bħal dawn mhux biss isaħħuna mil-lat ekonomiku u ambjentali, iżda wkoll fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Dwar l-emissjonijiet mill-karozzi l-Ministru Brincat qal li l-Gvern Malti jemmen fil-proposta tal-Unjoni Ewropea għaliex tinkoraġġixxi l-importazzjoni ta’ vetturi li jniġġżu anqas - xi ħaġa li pajjiżna qed jagħmel - dan fl-istess waqt li tindirizza t-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow