Left arrow Mur Lura

AKTAR MINN 7,000 JIPPARTEĊIPAW F’ĠIMGĦA TA’ ATTIVITAJIET SPORTIVI FIL-KAMPANJA MOVE

pr2259
Date Icon 14/10/2013

’Il fuq minn 7,000 ruħ ħadu sehem fil-Move Week, f’ġimgħa ta’ attivitajiet fiżiċi li kienu organizzati bejn is-7 ta’ Ottubru u t-13 ta’ Ottubru. Matul din il-ġimgħa kienu bosta dawk li ħadu sehem fl-attivitajiet li saru f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

Dawn l-attivitajiet kienu organizzati fuq l-inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport bis-sehem tal-Kunsill Malti għall-Isport, l-Aġenzija Żgħażagħ, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Fiżjoterapisti, għaqdiet sportivi u kumpaniji privati. F’dan il-perjodu voluntiera ħadu wkoll sehem fi programmi televiżivi biex jiżdied aktar l-għarfien dwar il-bżonn tal-eżercizzju fiżiku.

B’kollox ħadu sehem madwar 18-il għaqda sportiva u istituzzjonijiet privati, 12-il skola, u 4 Kunsilli Lokali. Persuni ta’ kull età kif ukoll persuni b’diżabilità kkaraterizzaw din il-ġimgħa. Fost l-attivitajiet li ġew organizzati kien hemm mixjiet, sport bil-wheelchairs, gymnastics, kayaking, keep fit u oħrajn. Għal din il-ġimgħa fil-Pixxina Nazzjonali kien hemm sessjonijiet tal-għawm filwaqt li f’Birżebbuġa saru tlielaq tar-Regatta.  

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo rringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom. Din l-inizjattiva se tkun parti mill-kalendarju sportiv Malti u għalhekk huwa importanti li s-sena li ġejja jieħdu sehem aktar għaqdiet sportivi u aktar Kunsilli Lokali biex jiżdied l-għarfien dwar il-bżonn ta’ eżerċizzju fiżiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow