Left arrow Mur Lura

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-ĠLIEDA KONTRA T-TRASPORT ILLEGALI TAL-ISKART – IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AMBJENT

pr2257
Date Icon 14/10/2013

Meta kien qiegħed jitkellem f’laqgħa formali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent li qed titella’ fil-Lussemburgu , il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li Malta qegħda fuq quddiem fil-ġlieda kontra t-trasport illegali tal-iskart.

Huwa qal li Malta mhijiex tagħmel dan sempliċiment biex toqgħod mad-direttivi tal-istess Unjoni Ewropea, iżda għaliex bħala Gvern nemmnu b’konvinzjoni li meta qed nagħmlu dan inkunu qegħdin niġġieldu l-prattiċi ħżiena u abbużivi, inħarsu s-saħħa taċ-ċittadini u nkunu qegħdin anke insaħħu l-ambjent tagħna.

Il-Ministru Leo Brincat qal li pajjiżna jemmen mhux biss fl-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti iżda wkoll li jkun hemm spezzjonijiet regolari tat-trasport ta’ dan l-iskart mill-istati membri kollha.

Huwa ħeġġeġ biex kemm għat-trasparenza u anke biex kullħadd ikun responsabbli ta’ għemilu, jkun tajjeb li jiġu ppubblikati r-riżultati tal-pjani ta’ spezzjonijiet li jkunu saru.

Bżonn ta’ sinjal ċar dwar l-impenn fuq it-tibdil fil-klima

Waqt din il-laqgħa qed jiġu diskussa wkoll l-aħħar tħejjijiet għall-COP 19, il-laqgħa li l-Ġnus Magħquda ser torganizza fuq it-tibdil fil-klima fuq livell dinji x-xahar id-dieħel f’Varsavja l-Polonja.

Malta appoġġjat proposta li ressaq il-Gvern Taljan fuq miżuri ferm aktar effettivi biex nilqgħu għat-tibdil fil-klima.

Il-Ministru Leo Brincat qal li huwa jinsab konvint li l-Unjoni Ewropea ser tibgħat sinjal ċar dwar l-impenn tagħha lejn il-proċess internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.

Dwar ir-rapport li għadu kif ħareġ mill-Intergovernmental Panel on Climate Change l-IPCC qal li Malta temmen li dan għandu jservi biex ilkoll kemm aħna nisħqu b’aktar qawwa dwar l-urġenza li tiġi indirizzata din l-isfida, li għandha dimensjoni kemm globali, reġjonali u anke nazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow