Left arrow Mur Lura

SPORTS FEST F’GĦAWDEX

pr2255
Date Icon 14/10/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Dr Stefan Buontempo flimkien mal-Ministru għal Għawdex, Dr Anton Refalo, attendew għal Festival Sportiv li sar fil-Gozo Stadium. Dan il-festival sar fl-okkażjoni tal-Move Week, ġimgħa ta’ eżerċizzji fiżiċi madwar il-pajjiż fejn ’il fuq minn 100 tifel u tifla ħadu sehem f’dixxiplini sportivi differenti. Fost id-dixxiplini kien hemm il-futbol, rugby u anke softball. Għal din l-okkażjoni ngħaqdu l-14-il klabb tal-futbol t’Għawdex flimkien ma’ timijiet oħra sportivi.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo enfasizza l-bżonn tal-eżercizzju fiżiku għal ġid ta’ saħħitna u qal li din il-kampanja qed issir biex inqajmu kuxjenza dwar il-bżonn tal-attività fiżika. L-isport mhuwiex biss kompetizzjoni u għalhekk rridu nħarsu lejh bħala mezz ta’ ħajja aħjar. Huwa importanti li f’pajjiżna ndaħħlu kultura sportiva, u l-Gvern permezz ta’ din il-kampanja u miżuri oħrajn qed jaħdem biex is-soċjetà tkun konxja tal-importanza tal-isport.

Dr Buontempo rringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f’dan l-isport festival f’Għawdex, speċjalment lill-amministraturi ta’ dawn it-timijiet għax bid-dedikazzjoni tagħhom żgħażagħ qed jersqu lejn l-isport.

F’kelmtejn qosra l-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo faħħar din l-inizjattiva li ħa s-Segretarjat Parlamentari għall-Isport u qal li attivitajiet bħal dawn se jkomplu jsibu l-appoġġ tal-Ministeru għal Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow