Left arrow Mur Lura

ElectroGas Malta jintgħażel għall-Long Term Power Purchase u Gas Supply Agreement

pr2249
Date Icon 13/10/2013

On Track lejn ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u ilma u arja iktar nadifa



ElectroGas Malta huwa l-konsorzju li ntagħżel għall-Long Term Power Purchase u Gas Supply Agreement. Dan huwa pass iktar qrib biex jitwettaq il-pjan tal-Gvern li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u li joħloq arja iktar nadifa. Il-pjan tal-gvern jinsab on track u qed jitwettaq skont it-timeframes maqbula.



Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi spjega kif sar il-proċess tal-għażla.



Il-konsorzju ElectroGas Malta ntgħażel wara diversi stadji ta’ evalwazzjoni rigoruża li fihom kien assigurat li l-kwalifiċi tal-bidders kienu jilħqu l-kriterji mitluba. Il-konsorzja li għaddew minn dan l-istadju ngħataw punti fuq kwalifiċi meqjusa addizjonali filwaqt li l-akbar piż tal-punti ingħata fuq bażi ta’ prezz u l-budget. Dawn il-fatturi se joffru lill-familji Maltin u Għawdxin kontijiet tad-dawl u l-ilma orħos, stabbli, u arja iktar nadifa.



Il-Konsorzju ElectroGas Malta huwa magħmul minn :

Siemens Project Ventures GMBH

Gasol PLC

SOCAR Trading SA

GEM Holdings LTD



Il-Ministru Mizzi qal li dan il-pass se jkun qed iwitti t-triq biex pajjiżna ma jibqax dipendenti fuq iż-żejt kif inhu s’issa. 



Permezz ta’ investiment minn konsorzju ta’ livell dinji, il-gvern Malti se jkun qiegħed jimplimenta bidla minn teknoloġija dipendenti fuq iż-żejt u li tħammeġ għal waħda aktar nadifa u li taħdem bil-gass kif imwiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali.



Spjega kif permezz  ta’ dan l-investiment, bi sħubija mal-privat f’teknoloġija ġdida u avvanzata, se nkunu qed insaħħu wkoll il-kapaċita’ tal-ġenerazzjoni tal-enerġija f’pajjiżna biex nassiguraw sostenibbilita’ akbar u sigurta’ fil-provista tal-elettriku.



Il-Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement se jwassal biex pajjiżna jkollu provista tal-elettriku u l-gass għal tmintax–il sena. Il-prezz se jkun wieħed fiss għall-ħames snin li ġejjin, iżda wara dan il-perjodu, il-prezz xorta se jkun irħas minn dak li kien ikollna nħallsu li kieku bqajna b’sistema fejn niġġeneraw l-elettriku biż-żejt.



Il-Ministru Mizzi qal, li permezz tal-qalba għall-gass, se nkunu qed inwittu t-triq ukoll biex nagħlqu l-powerstation tal-Marsa li kif ukoll iċ-Ċumnija l-antika ta’ Delimara skont l-obbligi Ewropej u kif imwiegħed lill-familji Maltin u Għawdxin.



Il-Ministru Konrad Mizzi fakkar kif il-Gvern beda jaħdem fuq dan il-proġett sa mill-ewwel jum tiegħu fejn fi ftit inqas minn xahar wara l-elezzjoni, il-Gvern ħareġ sejħa internazzjonali għall-espressjoni ta’ interess u kapaċita` għall-Long term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.



Oriġinarjament kien hemm dsatax–il sottomissjoni, xhieda tal-interess qawwi f'dan il-proġett fattibbli.  Minn ħdax shortlisted, dawn niżlu għal sitta biex imbagħad tlett konsorzja ssottomettew il-bid finali tagħhom. Pass li wassal għall-għażla finali f’dan il-proċess.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow