Left arrow Mur Lura

IR-RELAZZJONI BEJN MALTA U L-LIBJA QED TITLA F’LIVELL GĦOLA

pr2246
Date Icon 13/10/2013

Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat qal li żar il-Libja mhux biex jitkellem dwar negozju iżda biex juri solidarjeta' mal-Gvern u l-Poplu Libjan għal ħtif li ffaċja l-Prim Ministru Libjan Ali Zeidan fil-jiem li għaddew.



Joseph Muscat qal li dan m’huwiex mod kif jitneħħew jew jinżammu Prim Ministri u Gvernijiet. L-għażliet għandhom dejjem jittieħdu mill-popli. Qal li r-rule of law għandha tkun irrispettata dejjem.



Il-Prim Ministru Libjan sostna li din it-turija ta' solidarjeta' qed turi li r-relazzjoni bejn iż-żewġ popli qed titla f'livell għola.



L-uniku kwistjoni politika li ġiet diskussa hija l-immigrazzjoni. Wara t-traġedja tal-Ġimgħa filgħaxija, fejn l-immigranti telqu mix-xtut tal-Libja, Dr Muscat u Ali Zeidan saħqu fuq l-importanza ta' iktar ħidma u koperazzjoni bejn l-Ewropa u l-Libja biex jitfassal pjan strateġiku ta’ kif se tiġi indirizzata din il-kriżi umanitarja bil-għan li jkun hawn iktar paċi fir-reġjun tal-Mediterran.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow