JIFTAH IL-PROGRAMM SKOLA SPORT
Illum inghata l-bidu ghal Skola Sport, programm estensiv ta’ attivitajiet sportivi organizzat mill-Kunsill Malti ghall-Isport, f’20 centru sportiv madwar Malta. Fl-ewwel gurnata ta’ sena sportiva, is-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, l-Innovazzjoni, iz-Zghazagh u l-Isport, Stefan Buontempo, zar il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera fejn kienu qed isiru l-attivitajiet.
F’kelmtejn lill-gurnalisti s-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li din is-sena mistennija jiehdu sehem mal-5,000 ruh f’ 50 dixxiplina sportiva differenti. L-Iskola Sport tfisser investiment ta’ madwar kwart ta’ miljun ewro u hija mmexxija minn 180 kowc. Din is-sena se jkun hemm attivitajiet godda bhal waterpolo, lotta, zfin Amerikan, ghawm sinkronizzat, tai chi u triathlon.
Dr Buontempo qal li dan il-programm mhux sempliciment post fejn il-genituri jhallu t-tfal taghhom u jkomplu bil-qadi taghhom, izda huwa post fejn it-tfal jitghallmu u jikbru flimkien. Dan il-programm huwa l-ewwel targa biex iheggeg lit-tfal ikunu attivi biex ikollna socjetà b’sahhitha fizikament u mentalment.
L-applikazzjonijiet ghal Skola Sport jinkisbu minn fuq is-sit www.sportmalta.org.mt jew mill-Kumplessi Sportivi tal-Kottonera, Hal Kirkop u Tal-Qroqq. L-applikazzjonijiet jistghu isiru online permezz tas-sit imsemmi hawn fuq. Informazzjoni tista’ tinkiseb ukoll bit-telefon fuq 22036000.
Other Press Releases:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033