Left arrow Go Back

ATTIVITÀ TA’ MOVE WEEK FIL-YOUTH CAFÈ TAL-KOTTONERA

pr2229
Date Icon 11/10/2013

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ Move Week, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, żar il-Youth Cafè tal-Kottonera fl-okkażjoni tal-European Move Week. Din il-kampanja għandha l-għan li tħeġġeġ liż-żgħażagħ jagħmlu eżerċizzju fiżiku u jinvolvu ruħhom fl-isport biex jieħdu ħsieb saħħithom.

Iż-żgħażagħ li jattendu l-Youth Café immexxi mill-Aġenzija Żgħażagħ f’kollaborazzjoni mal-Appoġġ u ċ-Ċentru Aċċess taw preżentazzjoni qasira ta’ dak li jsir fil-Youth Café.  Wara, kowċ taż-żfin mal-Kunsill Malti għall-Isport għamlet sessjoni ta’ żfin maż-żgħażagħ preżenti.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo tkellem maż-żgħażagħ fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-futur u kien hemm bosta li wrew ix-xewqa li jkomplu bl-istudji tagħhom fil-livell universitarju. Iż-żgħażagħ li jattendu dan iċ-ċentru kellhom ukoll l-opportunità li jsemmgħu mix ta’ mużika li għamlu huma stess.

Il-Youth Café tal-Kottonera huwa wieħed minn erba’ ċentri li l-Aġenzija Żgħażagħ tmexxi madwar Malta. L-oħrajn jinsabu l-Qawra, l-Imsida u l-Belt. Kull ċentru jiftaħ darbtejn fil-ġimgħa u joffri ambjent sikur u akkoljenti għaż-żgħażagħ mgħammar b’faċilitajiet u logħob varji. Jieħdu ħsieb il-Youth Cafes ikun hemm il-Youth Workers tal-Aġenzija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow