Left arrow Mur Lura

PROĠETTI TA’ AKTAR MINN €3 MILJUNI F’SENTEJN F’BIRŻEBBUĠA

pr1918
Date Icon 12/09/2013

F’sentejn, dan il-Gvern se jkun wettaq proġetti li bejniethom jiswew aktar minn €3 miljuni għar-residenti ta’ Birżebbuġa.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor. Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Stefan Buontempo, tħabbar li dan l-investiment jinkludi żewġ proġetti f’faċilitajiet sportivi ta’ livell internazzjonali f’Birżebbuġa, kif ukoll it-tisbieħ matul ix-xatt tal-Qajjenza.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo ħabbar li l-proġetti sportivi jinkludu l-bini ta’ Waterpolo Pitch u ‘Club House’ u anke l-bini ta’ grawnd tal-futbol, proġetti li ilhom imwegħdin is-snin u qatt ma mmaterjalizzaw għax il-Gvern preċedenti ma allokax fondi għal dawn iż-żewġ proġetti.

Waqt li x-xogħol fuq il-Waterpolo Pitch se jibda fit-tieni ġimgħa ta’ Ottubru u jitlesta fi żmien sentejn, ix-xogħol fuq il-grawnd tal-futbol fl-inħawi ta’ Triq il-Port Ħieles, huwa ppjanat li jinbeda s-sena d-dieħla.

Il-pitch se jkun mibni fuq il-livell tal-ilma u l-istruttura se jkollha tul ta’ 33 metru b’25 metru u se jintuża ilma mhux mielaħ. Il-proġett jinkludi wkoll il-kostruzzjoni ta’ kamra fejn ikun hemm il-pompa u ġibjun taħt l-art.

Il-grawnd tal-futbol se jkollu diversi faċilitajiet fosthom ‘dressing rooms’ u pitch tat-turf artifiċjali.

Il-Ministru Joe Mizzi qal li barra minn hekk, qed jitħejjew pjanti biex isir il-proġett ta’ tisbiħ fil-promenade tal-Qajjenza.

Saru diversi laqgħat mal-MEPA u l-Kunsill Lokali biex jigu diskussi dawn il-proposti qabel tiġi sottomessa applikazzjoni lill-MEPA. Meta joħroġ il-permess tal-MEPA, il-Gvern għandu pjanijiet li jibda x-xogħlijiet mill-ewwel.

F’din il-konferenza tal-aħbarijiet tkellem ukoll is-Sindku ta’ Birżebbuġa fejn faħħar l-impenn ta’ dan il-Gvern lejn il-komunità ta’ Birżebbuġa u l-lokalitajiet tal-madwar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow