Left arrow Mur Lura

SUĊĊESS IEĦOR FIT-TRAĠITT BEJN MALTA U GĦAWDEX FIL-WEEKEND TAL-VITORJA

pr1912
Date Icon 11/09/2013

Il-Ministeru għal Għawdex jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda ta’ passieġġieri li qasmu lejn Għawdex matul tmiem il-ġimgħa li għadda fl-okkażjoni tal-festa tal-Vitorja. Il-kumpanija Gozo Channel li topera s-servizz bejn Malta u Għawdex irreġistrat żieda rekord meta mqabbla mas-snin preċedenti.

Skont ċifri uffiċjali mħabbra mill-istess kumpanija bejn is-Sibt 7 ta’ Settembru 2013 u l-Ħadd 8 ta’ Settembru 2013 meta mqabbel mal-istess dati tas-sena l-oħra, issib żieda ta’ kważi sitt elef passiġġier filwaqt li n-numru ta’ vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex ukoll ra żieda ta’ ‘l fuq minn elf vettura.

Dan huwa sinjal inkoraġġanti għall-ekonomija Għawdxija li tiddependi mill-kummerċ bejn iż-żewġ gżejjer u għal dan il-għan il-Ministeru għal Għawdex ser ikompli bil-ħidma tiegħu sabiex jippromwovi lill-gżira Għawdxija kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.

Għal darb’oħra l-Ministru Anton Refalo feraħ lill-kumpanija Gozo Channel u t-tmexxija tagħha taħt id-direzzjoni taċ-Chairperson is-Sur Joe Cordina għas-suċċess miksub u għall-mod kif qed titmexxa l-kumpanija fejn qed tegħleb l-isfidi finanzjarji li wirtet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow