IL-PRIM MINISTRU MALTI JOSEPH MUSCAT JILTAQA’ MAL-PRIM MINISTRU ĊINIŻ LI KEQIANG
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Prim Ministru Ċiniz Li Keqiang.
Fil-laqgħa bilaterali bejn iż-żewġ mexxejja ġew diskussi r-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ stati li minkejja d-differenza fid-daqs dejjem kellhom relazzjoni mill-qrib ħafna.
Dr. Muscat semma l-opportunitajiet ta’ investiment miċ-Ċina lejn Malta, kif ukoll l-importanza li ċ-Ċina tinvesti fl-Ewropa permezz ta’ Malta.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-proġetti ta’ infrastruttura u fil-qasam tal-enerġija li ż-żewġ pajjiżi qed jaħdmu flimkien biex jitwettqu f’Malta.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Ċiniż ippropona li ż-żewġ pajjiżi jfasslu flimkien Pjan ta' Koperazzjoni għall-medium term fejn jiġu identifikati l-oqsma ta' investiment u ħidma bejn iż-żewġ naħat.
Il-Prim Ministru Malti u dak Ċiniż iddiskutew ir-relazzjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Unjoni Ewropea u l-Presidenza ta’ Malta fl-2017. Ġie diskuss ukoll is-Summit bejn l-UE u ċ-Ċina li se jsir f’Settembru 2014 fl-Italja.
Iż-żewġ mexxejja ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni internazzjonali b’mod partikolari s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa fis-Sirja u r-reġjun Mediterran.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031