L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JKOMPLI BIŻ-ŻJARAT UFFIĊJALI F’MELBOURNE, L-AWSTRALJA
Matul il-jum ta’ llum, l-Ispeaker kellu laqgħa uffiċjali mad-Deputat Speaker tal-Parlament ta’ Victoria, l-Onorevoli Christine Fyffe, kif ukoll aktar tard inżammet laqgħa konġunta flimkien mad-Deputat Laburista l-Onorevoli Don Nardella u mad-Deputat Liberali, l-Onorevoli Andrew Elsbury fejn fost diversi temi li ġew diskussi, ġie diskuss il-progress report tal-Friendship Group ta’ bejn il-Parlament Malti u dak ta’ Victoria. Fl-istess laqgħa ġie diskuss ukoll l-irwol tal-Maltin li jgħixu barra u d-demokrazija parlamentari u l-possibilità ta' skambju dwar leġiżlazzjoni li tikkonċerna Anti-Corruption Select Committee.
Aktar tard, l-Ispeaker Anġlu Farrugia kien il-mistieden tal-Maltese Community Council of Victoria fejn indirizza lir-rappreżentanti tal-komunità Maltija.
Matul il-jum l-Ispeaker ġie intervistat fuq l-istazzjon tar-radju SBS mis-Sinjura Marlene Galea fejn ġew diskussi diversi temi relatati maż-żjara tiegħu fl-Awstralja partikolarment l-importanza tat-tisħiħ fir-relazzjoni bejn il-Parlament ta’ New South Wales u dak ta’ Victoria
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031