L-ISPEAKER L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA, JIBDA Ż-ŻJARAT F’ MELBOURNE, L-AWSTRALJA
Matul il-jum ta’ Tlieta 10 ta’ Settembru, l-iSpeaker tal-Parlament Malti beda ż-żjarat tiegħu f’Melbourne.
L-ewwel żjara tal-iSpeaker kienet f’Rosary Home for the aged f’Keilor Downs, fejn ġie mdawwar mar-residenza u tlaqa mar-residenti. Din ir-residenza titmexxa mis-sorijiet Dumnikani Maltin.
Aktar tard, l-iSpeaker żar l-Uffiċċju tal-Konsulat Ġenerali fejn hemm iltaqa’ mal-impjegati. Kif intemmet iż-żjara, l-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia akkumpanjat minn Rev. Dr Victor Shields, żaru l-monument ta’ San Ġorġ Preca li jinsab biswiet St Patrick’s Cathedral f’East Melbourne.
Ftit tal-ħin ilu,l-iSpeaker ltaqa mal-Maltese Community Council ta’ Victoria f’Parkville fejn iltaqa’ ma bosta Maltin. L-iSpeaker spjega l-importanza tal-irwol tal-kunsill tal-Maltin li jgħixu barra u l-irwol tal-Parlament Malti f’dan ir-rigward.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031