GOZO JAZZ FESTIVAL FIX-XLENDI
pr1892
10/09/2013
Matul il-jiem li għaddew ġie organizzat il-Gozo Jazz festival fil-bajja pittoreska tax-Xlendi liema attività ġibdet ħafna udjenza lokali kif ukoll barranija.
Kienet attività oħra organizzata mill- uffiċċju kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Kienet lejla ta’ attività kulturali ta’ livell li niżlet tajjeb mal-viżitaturi ta’ din il-bajja tant popolari f’ Għawdex. Dan huwa wieħed mill-metodi kif il- Ministeru għal Għawdex permezz tal-uffiċċju kulturali fi ħdanu beħsiebu jkompli jkattar iktar kultura madwar lokalitajiet diversi f’ Għawdex.
L-istess Minsteru jemmen li attivitajiet simili jistgħu jservu ta’ promozzjoni turistika tal-gżira Għawdxija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031