L-ARTI TAD-DIVERSITÀ KULTURALI
Id-Diversità kulturali hija arti, hija bħal pittura b’kuluri u dellijiet differenti. Huwa propju meta nifhmu it-tifsira ta’ dawn il-kuluri u dellijiet fil-kumplessita tal-pittura li napprezzaw id-diversità kulturali. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, waqt li kien qed jindirizza grupp ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti bħala parti minn skambju bit-tema id-Diversità Kulturali permezz tal-Isport, organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Isla.
Is-Segretarju Parlamentari Buontempo kompla jgħid li n-natura tal-isport tagħmlu ċelebrazzjoni tar-razza umana irrispettivament mill-kultur jew reliġjon. Għalhekk l-isport irid ikun għal kulħadd u permezz ta’ dan is-soċjetà tissaħħaħ bl-esperjenza ta’ diversità kulturali.
Waqt din l-attività tkellem ukoll is-Sindku tal-Isla, is-Sur Justin Camilleri fejn qal li l-għan ta’ dan il-proġett li l-parteċipanti jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ xulxin fejn jidħlu tradizzjonijiet, kultura, u attivitajiet sportivi.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031