STQARRIJA KONĠUNTA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI U S-SEGRATARJAT PARLAME NTARI GĦAL-KULTURA U L-GVERN LOKALI
Imnedija ġimgħa t’attivitajiet bit-tema ‘Ningħaqdu Kontra l-Faqar bl-Arti u l-Kultura’
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, l-Onorevoli Dr. Jose’ Herrera nidew l-ġimgħa t’attivitajiet ‘Ningħaqdu Kontra l-Faqar bl-Arti u l-Kultura’.
Il-Ministru Coleiro Preca spjegat kif matul Lulju saru tmien laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika biex jgħinu fit-tfassil tal-istrateġija kontra l-faqar.
Sostniet li l-konsultazzjoni pubblika se tkun qed tagħlaq matul din il-ġimgħa fil-Belt Valletta, permezz t’attivitajiet fi Triq ir-Repubblika (quddiem il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali).
Coleiro Preca spjegat kif dan huwa l-istil ta’ dan il-Gvern fejn jikkonsulta mas-soċjetà ċivili u mhux ifassal strateġija wara l-bibien magħluqa.
Il-Ministru tkellmet dwar kif dak diskuss minn diversi individwi f’oqsma differenti se jkun rifless fl-abbozz tal-istrateġija kontra l-faqar li se joħroġ f’nofs Ottubru li ġej.
L-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca spjegat ukoll kif il-Ministeru irid jinvolvi lit-tfal u għalhekk dawn se jkunu qed jesprimu ruħhom dwar il-faqar permezz tal-arti.
It-tfal se jkunu qed jieħdu sehem f’kompetizzjoni tal-arti fejn imbagħad ġurija apposta se tkun qed tagħżel tnax-il biċċa tal-arti li se jkunu parti minn kalendarju ppublikat mill-Ministeru.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Dr. Josè Herrera spjega kif għalkemm f’pajjiżna l-faqar jista ma jidhirx, dan huwa realtà soċjali li l-Gvern huwa kommess li jindirizza.
Dr. Herrera qal li dawn l-attivitajiet għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza dwar il-faqar u anki fl-istess ħin jesponu u jippromovu l-arti u l-kultura f’pajjiżna.
L-attivitajiet bdew illum fil-ħamsa ta’ filgħaxija u jagħlqu s-Sibt filgħodu (Kopja tal-programm t’attivitajiet annessa ).
pr1888a.pdf
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031