L-ISPEAKER TAL-PARLAMENT MALTI L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA F’LAQGĦAT UFFIĊJALI FIL-PARLAMENT TA’ NEW SOUTH WALES, FL-AWSTRALJA
Matul il-jum ta’ llum, l-Ispeaker kellu laqgħa uffiċjali mal-Ispeaker tal-Parlament ta’ New South Wales l-Onorevoli Shelley Hancock, kif ukoll kellu laqgħat separati mal-President tal-Upper House l-Onorevoli Don Garwin, mad-Direttur tal-Kumitati Parlamentari Rachel Simpdon kif ukoll mal-Iskrivan tal-Kamra, is-Sur Leslie Gonye.
Matul il-laqgħa uffiċjali li kellu mal-Ispeaker l-Onorevoli Shelly Hancock, l-Ispeaker Anġlu Farrugia tkellem dwar il-ħidma tal-ispecial standing committee against corruption li huwa mezz li jsaħħaħ il-ħidma parlamentari kontra l-korruzzjoni u għaldaqstant dan isaħħaħ l-irwol tal-awditur ġenerali fil-PAC.
Aktar tard mal-jum, l-Ispeaker iltaqa’ ma delegazzjoni mill-Australian Maltese Chamber of Commerce, fejn stedinhom iressqulu l-istudji u r-rapporti tagħhom sabiex jiġu mgħoddija għall-iskrutinju tal-Kumitati Parlamentari partikolarment il-Foreign Affairs Committee kif ukoll l-Economic and Financial Affairs Committee u dan fid-dawl tal-Att XX tal-2011 li jittratta l-Maltin li jgħixu barra minn Malta.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031