STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA
pr1883
09/09/2013
Il-bendy buses se jibqgħu sospiżi
Illum il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura ġie ppreżentat bir-rapport uffiċjali tal-kummissjoni ta’ esperti tekniċi li tqabbdu jinvestigaw l-inċidenti li seħħew riċentament fejn bendy buses tal-kumpanija Arriva ħadu n-nar.
Waqt laqgħa li aktar kmieni llum il-Ministru Joe Mizzi kellu mar-rappreżentanti tal-kumpanija Arriva, fil-preżenza taċ-Chairman ta’ Transport Malta James Piscopo, huwa għaddielhom ir-rapport uffiċjali tal-investigazzjoni.
Il-kumpanija Arriva ġiet mitluba biex tagħti r-reazzjoni tagħha fi żmien 48 siegħa.
Il-Ministru informa lill-Arriva li l-‘bendy buses’ se jibqgħu sospiżi mit-toroq u, sadanittant, se jkun qed jistenna l-eżitu tal-inkjesta Maġisterjali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031