Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

pr1881
Date Icon 09/09/2013

Ambaxxaturi denji favur l-inklużjoni soċjali

Waqt il-ftuħ tal-konferenza Special Olympics Europe/Eurasia Family Conference f’lukanda ewlenija fiċ-Ċirkewwa, Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-isport huwa mezz li jgħaqqad lill-komunitajiet tagħna.

Coleiro Preca sostniet li l-atleti tal-ispecial olympics flimkien mal-familji tagħhom huma eżempji ħajja ta’ valuri importanti li s-soċjetà tagħna għandha tibqa’ tħaddan.

Fost il-valuri li s-soċjetà Maltija tħaddan hemm l-inklużjoni, l-ugwaljanza u s-solidarjetà.

Il-Ministru faħħret is-suċċessi li nkisbu minn atleti Maltin fosthom ir-rebħa tal-midalja tal-fidda li kisbu t-tim tal-volleyball fit-Turkija u l-opportunità li ngħatat lill-ewwel atleta Maltija tal-iSpecial Olympics Malta biex tibda tattendi fil-Kulleġġ Nazzjonali għall-Isport.

L-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca spjegat kif il-kunċett tal-ispecial olympics nebbet l-inklużjoni fil-qasam sportiv, qasam li mhux kullħadd kien jemmen li hemm post għall-persuni b’diżabilità intelletwali. 

Fl-indirizz tagħha, il-Ministru enfasizzat fuq il-bżonn li nħarsu lejn l-abilità tal-persuna aktar milli lejn id-diżabilità.

Fi tmiem id-diskors tagħha, Coleiro Preca appellat lill-atleti u l-familji tagħhom biex permezz tal-isport jibqgħu ambaxxaturi denji favur l-inklużjoni soċjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow