Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU FUQ ŻJARA FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

pr1876
Date Icon 09/09/2013

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu ħalla Malta għal żjara fir-Repubblika tal-poplu taċ-Ċina. Matulha l-Prim Ministru se jattendi għal konferenza internazzjonali organizzata mill-World Economic Forum fil-belt ta’ Dalian fiċ-Ċina. Il-konferenza, Annual Meeting of New Champions, tlaqqa’ fost l-aktar industrijalisti, ekonomisti u mexxejja prominenti ewlenin internazzjonali taħt saqaf wieħed.

Matul iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina l-Prim Ministru Muscat se jkollu wkoll taħdidiet mal-Prim Ministru Ċiniz Li Keqiang kif ukoll diverSi taħdidiet bilaterali ma’ mexxejja Ewropej u Ċiniżi kif ukoll intraprendituri ewlenin Ċiniżi.

Id-delegazzjoni tal-Prim Ministru tinkludi wkoll lid-Deputat Prim Ministru Louis Grech, il-Whip tal-Gvern u c-Chairman tal-Malta Enterprise Mario Vella.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow